Home / News / Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Back to News Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Fondi • Fondi awdjoviżivi • Other 9th November, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2021. Il-fond bijennali kien tnieda f’Lulju tal-2019 bil-għan li jippromwovi x-xogħlijiet letterarji Maltin bis-saħħa ta’ produzzjoni ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-fond ikopri l-aspetti kollha fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed rebbieħ, sa massimu ta’ allokazzjoni finanzjarja ta’ €200,000. Il-kumpanija awdjoviżiva Take Two se tkun qed tirċievi l-fond biex tipproduċi film adattat minn Castillo ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers, 2018), li kien finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 fil-kategorija tar-rumanzi. Il-proġett se jitmexxa minn Abigail Mallia. Fil-ġudizzju tiegħu l-bord aġġudikattiv indipendenti, magħmul minn Rebecca Anastasi, Kenneth Scicluna u Andrei Vella Laurenti, innota li l-proġett sottomess minn Take Two se jersaq lejn il-materja prima testwali b’mod li hu sensittiv kemm tematikament kif ukoll narrattivament, u li l-applikazzjoni tagħti kont ta’ deċiżjonijiet viżwali li għandhom joħolqu mill-ġdid id-dinja tar-rumanz. Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK kien miftuħ għall-appliklazzjonijiet mis-17 ta’ Mejju sat-30 t’Awwissu 2021, u l-applikanti eliġibbli kienu mistiedna jippreżentaw il-proġett tagħhom lill-bord aġġudikattiv f’Settembru. Applikazzjoni eliġibbli waħda daħlet għal din l-edizzjoni tal-fond. Sal-aħħar tas-sena l-benefiċjarju tal-fond se jintalab jidħol f’kuntratt mal-KNK għall-produzzjoni tal-film. SHARE POST Related Articles Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More view all similar news
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More