Home / News / Il-KNK b’għotja ta’ kotba tal-Premju Terramaxka lill-UNHCR Malta Back to News Il-KNK b’għotja ta’ kotba tal-Premju Terramaxka lill-UNHCR Malta Inizjattivi • Other 5th December, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba finalisti tal-Premju Terramaxka lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta (il-UNHCR Malta). L-għotja saret bi sħab ma’ Malta Libraries, li taw kotba għat-tfal u l-adolexxenti bl-Ingliż. Il-kotba mogħtija mill-KNK kienu l-finalisti kollha tal-Premju Terramaxka ta’ dis-sena u xi wħud mis-snin ta’ qabel. Il-biċċa l-kbira tal-kotba kienu bil-Malti u se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità tar-refujati f’Malta. Id-donazzjoni seħħet fil-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana fil-preżenza tal-Medjatur Kulturali tal-UNHCR f’Malta, Asma Labidi mat-tim tagħha u rappreżentanti ta’ Malta Libraries. L-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta fetaħ fl-2005 u jifforma parti mill-uffiċċju reġjonali ta’ Ruma. L-ewwel sfidi tal-uffiċċju kienu li jilqa’ l-influss għoli ta’ persuni mil-Libja fi triqithom lejn l-Ewropa. Il-UNHCR taħdem mill-qrib mal-Gvern Malti, imsieħba soċjali u għadd ta’ organizzazzjonijiet u għaqdiet mhux governattivi lokali mhux biss biex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul għar-refuġjati u l-benefiċjarji tal-protezzjoni f’Malta, imma wkoll biex titkellem favur aċċess aħjar għall-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ażil f’Malta; għal sistema ta’ ażil li tkun sensittiva għall-protezzjoni u l-politika relevanti; għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-imsieħba governattivi u l-aġenziji; u biex tkabbar il-kuxjenza ġenerali dwar l-isfidi tal-ażil f’Malta. Il-KNK jawgura lill-ħaddiema kollha tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta, u jispera li b’din il-kontribuzzjoni żgħira l-komunità tar-refuġjati u l-benefiċjarji tal-protezzjoni f’Malta jħossuhom aktar siguri u milqugħa.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”10076,10074,10073,10067″][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More