Home / News / Il-KNK isellem lil Charles Briffa – xempju ta’ serjetà fir-riċerka u responsabbiltà lejn il-Malti Back to News Il-KNK isellem lil Charles Briffa – xempju ta’ serjetà fir-riċerka u responsabbiltà lejn il-Malti Other 23rd September, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jibgħat l-għomor lill-familja u l-qraba tal-Professur Charles Briffa, li ħalliena s-Sibt li għadda. Il-legat li ħalla warajh Prof. Briffa jitkellem waħdu, kemm bħala akkademiku u għalliem tal-letteratura Maltija, il-kritika letterarja, il-lingwistika u t-traduzzjoni, u anki bħala riċerkatur tal-lingwa u l-istudji kulturali Maltin. Żgur li l-mijiet ta’ studenti li għaddew minn taħt idejh jikkonfermaw dan. Briffa serva bħala aġġudikant għal diversi konkorsi tal-KNK tul is-snin, kemm dawk tal-poeżija u anki tal-proża. Rebaħ ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet: fl-2000 bil-ktieb ta’ riċerka tal-Kullana Kulturali In-Novella Maltija, fl-2009 bil-ktieb ta’ riċerka Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva, fl-2011 bit-traduzzjoni Beowulf u fl-istess sena bil-ktieb ta’ letteratura mhux fittizja għat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ktieb Il-Lingwa, u finalment fl-2013 bil-ktieb ta’ letteratura mhux fittizja Joseph Vella Bondin: Drammaturgu. Is-serjetà fir-riċerka u r-responsabbiltà lejn l-ilsien nazzjonali kienu kwalitajiet li jikkaratterizzaw lil Prof. Briffa, u nemmnu li se jibqa’ fanal għall-ġenerazzjonijiet preżenti u ġejjiena. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More