Home / News / Il-KNK jippreżenta Konferenza dwar il-Letteratura u Totalitarjaniżmu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Il-KNK jippreżenta Konferenza dwar il-Letteratura u Totalitarjaniżmu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals • Other 19th September, 2016 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li jifggħu l-espressjoni tal-individwu f’kull qasam soċjali. B’mod partikolari meta din l-oppressjoni tieħu l-forma ta’ attakk fuq il-lingwa nnifisha. Basma Abdel Aziz, il-kittieba Eġizzjana tar-rumanz distopjan The Queue, hija attiva ħafna fil-qasam tal-ħidma għad-drittijiet tal-bniedem u taħdem bħala psikologa sabiex tgħin lil vittmi ta’ abbuż mill-pulizija u l-armata Eġizzjana. Kienet preżenti f’pajjiżha meta seħħet ir-Rebbiegħa Għarbija u rat b’għajnejha d-diżappunti ta’ wara r-rivoluzzjoni. Il-parteċipazzjoni tagħha għandha żżomm id-diskussjoni fl-ambitu ta’ dak li hu reali u attwali. Patrick McGuinness, minn-naħa l-oħra, ser joffri perspettiva storika. Huwa l-kittieb ta’ The Last Hundred Days, rakkont realistiku tat-tmiem ta’ wieħed mill-agħar gvernijiet fl-Ewropa tal-Lvant qabel il-waqa’ tal-Unjoni Sovjetika. Ta’ min jinnota li l-awtur nnifsu ra il-waqa’ ta’ dan il-gvern mill-qrib peress li kien jgħix fil-pajjiż dak iż-żmien. Iż-żewġ rumanzi ta’ Alek Popov, Mission: London u The Black Box, huma mfassla fuq l-istess realtajiet ġeopolitiċi iżda b’ton satiriku qawwi ħafna. Huma jħarsu ukoll mill-perspettiva storika sabiex jilħqu il-preżent li jixhed forma ġdida u possibbilment iktar qerrieda ta’ totalitarjanizmu – il-kapitaliżmu neoliberali. Sabiex indaħħlu l-istorja tagħna ukoll fl-istampa, il-kittieb u poeta Immanuel Mifsud ġie mistieden sabiex jagħti fehmtu fuq iż-żmien ta’ nkwiet f’pajjiżna, it-tmeninijiet, u fuq kif dawn iż-żminijiet daħħlu dak it-tip ta’ taħwid u firda soċjali li normalment hija assoċjata ma’ totalitarjanizmu. Il-pubbliku huwa mistieden jissieħeb magħna ġewwa Sala Temi Zammit, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 9 ta’ Novembru, 2016 fis-19:00. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More