Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jiżvela l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jiżvela l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals • Other 16th September, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed jippubblika l-filmat promozzjonali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024, li se jsir iċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-filmat ġie animat għat-tieni sena konsekuttiva mit-talent ta’ Kyle Xuereb Cunningham, li ħadem fuq l-illustrazzjonijiet provduti lilu minn Ed Dingli, biż-żieda ta’ silta mużikali minn Zoltan tal-kantanta u liriċista Kym Pepe. Il-filmat iħoll bl-aqwa mod dak li t-tema ta’ dis-sena ssorr fiha: #dinjietjirrimaw. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=TD375K3-y-8[/embedyt] L-animazzjoni tiffoka fuq aspetti partikulari mill-erba’ ‘dinjiet’ li jsawru l-powster tal-Festival, li ħabbarnieh il-ġimgħa l-oħra. Illustrat minn Ed Dingli, il-powster ilaqqa’ viżwalment dak kollu li se jkun qed jiġri waqt il-Festival: mill-kontribuzzjonijiet ta’ awturi ċelebri u workshops dwar il-kitba u l-produzzjoni tal-kotba, sal-ħolqien ta’ spazju fejn il-ħabbieba tal-kotba minn kull settur tal-ħajja jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu dwar dak l-oġġett komuni li jqanqalhom: il-ktieb. Il-paġni mill-kotba jittajru tul xmajjar u viji muntanjużi, u kultant jinbidlu fi twapet maġiċi lesti biex jilqgħu fuqhom qarrejja ħerqana li jaqbżu minn dinja letterarja għal oħra. Fl-istess ħin, is-sħab jitwaħħad mad-duħħan ħiereġ minn bastiment maqtugħ maġikament fl-arja, turija tal-qawwa tal-letteratura li toħodna fi mkejjen li mingħajrha ma konna nżuru qatt — dan kollu u aktar fil-filmat li qed niżvelaw. “Dal-filmati issa saru xi ħaġa li l-pubbliku jistenna mingħandna fil-preparamenti tagħna għall-Festival, u allura mhumiex biss filmati promozzjonali — huma xogħol artistiku li joqgħod waħdu”, qalet id-Direttriċi tal-Festival Simona Cassano. “Dax-xogħol inqabbduh lil uħud mill-aħjar talenti li għandna fis-suq lokali, wara sejħa pubblika li tagħfas fuq il-kreattività u fehim fil-fond tat-tema ewlenija tal-Festival”, kompliet tgħid Cassano, u saħqet li dis-sena t-tema #dinjietjirrimaw wittiet it-triq għal interpretazzjoni kreattiva li l-artisti ħaddnuha bis-sħiħ. “Il-filmat huwa eżempju perfett ta’ armonija bejn illustratur u artist tal-moviment fil-kreazzjoni ta’ prodott li huwa ispirat mill-kultura letterarja li, appuntu, hija l-qalba tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb”, ikkonkludiet Cassano. Ingħaqad magħna għal ċelebrazzjoni tal-letteratura u l-kreattività waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024! Għal aktar informazzjoni u biex iżżomm ruħek aġġornat segwina fuq ktieb.org.mt u l-paġna Facebook tal-Festival jew l-Instagram. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More