Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024: Il-Lista t-Twila


Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba eliġibbli li ġew sottomessi għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024, b’kotba ppubblikati fl-2023. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-iktar premju letterarju prestiġjuż mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi, u illustraturi ta’ kotba b’ISBN lokali.
It-tmien kategoriji fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti huma: Rumanzi, Novelli, Poeżija, Drama, Letteratura mhux Fittizja, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Storjografika. Is-sitt kategoriji tat-Terramaxka huma: Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin, 8–12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ, kif ukoll Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin, 8–12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta.
Il-kotba kollha ġew eżaminati għall-eliġibbiltà minn bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni, u tqiegħdu fil-kategoriji rispettivi tagħhom. B’kollox, il-lista t-twila tinkludi 173 sottomissjoni eliġibbli: 90 ktieb imqassmin fit-tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, u 83 imqassmin fis-sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka.
Dis-sena ma kienx hemm sottomissjonijiet fil-kategorija tad-drama.
Fix-xhur li ġejjin il-membri tal-bord tal-aġġudikazzjoni se jkunu qed jaqraw is-sottomissjonijiet sabiex jagħżlu numru ta’ kotba bħala l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024. Il-lista tal-finalisti se tiġi ppubblikata fis-27 ta’ Awwissu.
Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti u l-Premju Terramaxka għat-tfal u ż-żgħażagħ se jitħabbru flimkien waqt ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li dis-sena se ssir fl-20 ta’ Settembru.
Żomm ruħek aġġornat dwar aħbarijiet relatati mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew xogħol ieħor tal-KNK billi żżur il-paġna tal-Facebook jew ktieb.org.mt
Il-lista sħiħa tinsab hawn taħt.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024: Kotba 2023
Rumanzi
Novelli
Poeżija
Letteratura Tradotta
Letteratura mhux Fittizja
Riċerka
Riċerka Storjografika
Il-Premju Terramaxka 2024: Kotba 2023
Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)
Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12-il sena)
Letteratura għaż-Żgħażagħ
Kotba maqlubin għall-Malti (etajiet 0-7)
Kotba maqlubin għall-Malti (etajiet 8-12-il sena)
Letteratura għaż-Żgħażagħ maqluba għall-Malti