Home / News / Inrawmu Komunità waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Back to News Inrawmu Komunità waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals • Other 30th October, 2024 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jirritorna ċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru, f’dik li hi l-45 edizzjoni ta’ din l-akbar ċelebrazzjoni tal-kotba f’Malta. Organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, dis-sena l-Festival se jiffoka fuq il-komunità, mgħejjun minn imsieħba ewlenin promoturi tal-inklussività, il-karità u l-kompassjoni. It-tema ewlenija tal-Festival #dinjietjirrimaw titfa’ dawl fuq il-kapaċità tal-kotba li jqarrbu qarrejja minn kull vija tal-ħajja, imbagħad ‘Għada jibda bl-Għajn’ tippromwovi prattiċi sostenibbli bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet ma’ msieħba bl-istess interess. Dawn kollha se jwasslulkom Festival li jilqgħek b’kuxjenza definita. Aktar informazzjoni dwar inizjattivi komunitarji waqt il-Festival hawn taħt. Il-kafetterija tal-Malta Community Chest Fund Il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCF) se tkun fil-qalba ta’ xi rridu nfissru b’komunità waqt il-Festival. Se jkunu qed imexxu l-kafetterija ewlenija, u kull darba li se tixtri minn hemm se tkun qed tagħti sehmek direttament fil-missjoni tagħhom – dik li jgħinu persuni u familji f’Malta li jeħtieġu għajnuna kritika minħabba problemi serji ta’ saħħa. Minħabba li l-ispejjeż mediċi żdiedu, l-MCCF raw żieda fit-talba għal trattamenti speċjali minn persuni bil-kanċer jew li jsofru minn kundizzjonijiet oħra. Minbarra li tkopri l-ispejjeż mediċi, il-Fondazzjoni tgħin fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u dawk ta’ kuljum lill-pazjenti, u anki tfornihom b’parrokki u apparat speċjali li jeħtiġuhom. L-inizjattiva tal-kafetterija se toffri l-possibiltà lil kull min jiġi l-Festival sabiex jgħin lill-MCCF ma’ kull kafè jew ikel li jixtri, u b’hekk iħalli impatt pożittiv fuq individwi u familji minn madwar Malta u Għawdex kollu. ‘Ħallas ’il ta’ Warajk’ ma’ Jacob’s Brew Jacob’s Brew issa magħrufin għax-xogħol komunitarju li jagħmlu, u fil-Festival se jkunu bil-vann tal-kafè b’għażla ta’ xorb sħun. L-istabbilment magħruf ukoll għall-filosofija ‘Ħallas ’il ta’ Warajk’, li biha jgħaddu parti mill-flus li jaqilgħu lill-NGO Survivors Malta, li tgħin familji li qed jaffaċċjaw xi trawma jew oħra. Fost uħud mill-proġetti tagħhom hemm il-Jacob’s Coffee Run, li tforni l-ikel u l-kafè lil persuni li jkunu qed jistennew fil-kamra taċ-Ċentru għall-Kura Intensiva (ITU), kif ukoll ir-Reunited Pet Cabin, li toffri terapija bl-annimali fuq il-post f’Mater Dei. Barra minn hekk, inizjattivi bħal Craft & Coffee for Charity u t-Tessie Montebello Book Club isaħħu l-kontribuzzjoni lejn il-komunità li għandhom Jacob’s Brew billi jistiednu patruni biex jingħaqdu magħhom f’att ta’ tjubija u sapport b’azzjonijiet żgħar. Jacob’s Brew se jgħin ukoll sabiex tinħoloq atmosfera rilassata u tal-ħbieb fil-Festival, bis-saħħa tal-kafè u tbissima li tibqa’ miegħek. Esperjenza inklussiva fil-Kamra Sensorja tal-Inspire Il-KNK kburi li reġa’ qed joffri l-Kamra Sensorja, spazju ddisinjat għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Il-ġenituri li jaħsbuha darbtejn imorrux avveniment iffullat bħall-Festival, jistgħu jserrħu rashom li f’dil-kamra se jsibu mkien li jilqgħek, mgħammar b’oġġetti bi stimulazzjoni baxxa u b’riżorsi apposta sabiex it-tfal igawdu l-qari ta’ stejjer fil-kalma kollha. Il-ġenituri u l-edukaturi merħba bihom biex jakkumpanjaw lit-tfal sabiex isaħħu l-esprjenza tagħhom. Il-kamra se tkun immaniġġjata minn Inspire Malta u mwieżna mill-APS Bank li xtara l-ġugarelli għal dan l-ispazju għat-tieni sena konsekuttiva fil-ħidma kontinwa tiegħu lejn il-komunità. Il-KNK jistiednek tingħaqad magħna għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – fejn il-komunità, il-kompassjoni u l-letteratura jaħdmu flimkien biex jispirawk u jqawwuk. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jseħħ bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvezjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Għall-programm sħiħ tal-attivitajiet agħfas hawnhekk. Għal aktar informazzjoni żur ktieb.org.mt jew il-paġni Facebook u Instagram tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More