Home / News / Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Back to News Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Inizjattivi • Other 3rd May, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif ippubblika tender pubbliku għas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing (jinkludi r-riċerka tas-suq) ibbażat fuq l-istrateġija tiegħu. Id-dettalji tat-tender jistgħu jiġu aċċessati minn fuq is-sistema elettronika tal-akkwisti pubbliċi (ePPS). Il-KNK iżomm kuntatt kontinwu mal-pubbliku bil-għan li jippromwovi l-letteratura Maltija lokalment u internazzjonalment, u billi jipprovdi servizzi varji lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Jinforma regolarment lill-pubbliku dwar il-proġetti u l-inizjattivi ewlenin tiegħu (il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Fond Malti tal-Ktieb, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, eċċ.), u jmexxi kampanji ta’ marketing b’element viżiv b’saħħtu mmirati lejn id-diversi wċuh tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk il-KNK qed ifittex li jingaġġa lil xi ħadd li jipprovdi s-servizzi tal-marketing sabiex jiżviluppa u jimplimenta kampanji effettivi li jirfdu u jippromwovu l-fondi, proġetti u inizjattivi tal-KNK. Il-fornitur tas-servizz ikun mistenni li joħroġ b’kampanji li jippreċedu l-proġett u b’inizjattivi li jtulu s-sena kollha. Il-kumpanija li tieħu l-kuntratt mistennija tħejji d-disinji artistiċi u diġitali neċessarji li jikkorrispondu mal-kampanja li tkun. L-Espert tad-Disinn Grafiku mistenni jaħdem fuq skeda flessibbli matul il-ġimgħa li tkun tirrifletti x-xogħol meħtieġ fuq bażi ta’ ġimgħa jew xahar skont il-Pjan t’Azzjoni pprovdut, filwaqt li l-Kordinatur tal-Marketing u d-Disinn mistenni jaħdem mill-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq bażi full-time flessibbli sabiex jikkordina strateġiji relatati mad-ditta, id-disinn u l-marketing tal-entità, kif ukoll jieħu ħsieb xi xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. L-informazzjoni kollha tista’ ssibha fuq https://www.etenders.gov.mt SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More