Home / News / Ir-Rapport Annwali għall-2020 Back to News Ir-Rapport Annwali għall-2020 Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 29th January, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali għall-2020. Bid-diffikultajiet kollha li ġabet magħha l-imxija Covid-19 – miri jinbidlu kull ftit żmien, sejħa kontinwa għal ħiliet ġodda, u opportunitajiet fejn ittejjeb – dis-sena kienet l-aktar waħda impenjattiva għalina. Tul is-sena l-KNK addatta ruħu għal sitwazzjoni bħal din, u waqt li kellna nwaqqfu proġetti oħra bħall-esportazzjoni letterarja, komplejna nsostnu b’mod sħiħ lill-industrija tal-pubblikazzjoni u l-imsieħba tagħna li kienu għaddejjin minn burraxka finanzjarja u loġistika. Il-Kunsill implimenta għadd ta’ miżuri tul is-sena sabiex itaffi l-kriżi finanzjarja tal-imsieħba tiegħu, fosthom xirjiet straordinarji ta’ kotba mingħand il-pubblikaturi, u promozzjoni estensiva lill-pubbliku sabiex ikunu jafu kif jixtru l-kotba online. Żdied il-valur monetarju tal-Fond Malti tal-Ktieb, li issa jinkludi fondi għall-Pubblikazzjoni u fondi għat-Traduzzjoni minn u lejn il-Malti – għal total ta’ €105,000. Ġew investiti aktar fondi kapitali għar-restawr tas-sit tal-Gvern mogħti lill-KNK – il-palazz barokk tas-seklu 16 fi Triq Zekka l-Belt. Kien hemm xi waqfien fix-xogħol, imma l-ħidma baqgħet għaddejja. Il-Kunsill iffirma l-kuntratt tant mistenni tal-Education Exception; ipproponejna liġijiet u miżuri li ntlaqgħu b’sapport mill-awturi u l-pubblikaturi, kif ukoll twieżnu mill-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba. Dawn ir-riformi legali meħtieġa sabiex l-industrija tibqa’ fil-wiċċ f’dawn iż-żminijiet ħżiena, u ftit ftit taqbad tikber, filwaqt li fl-istess ħin ikunu qed jiġu segwiti r-regolamenti u l-istandards mitluba mill-Unjoni Ewropea. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ħadem qatigħ u ssapportja lill-industrija tal-pubblikazzjoni fl-2020 minkejja l-ostakli li ma qatgħux. Hemm proġetti u sfidi akbar jistennewna, u ħerqana għas-sena 2021 ikkaratterizzata mill-istabbiltà u t-tkabbir. Ibqgħu segwu l-paġna tal-KNK www.ktieb.org.mt għall-aħħar aġġornamenti dwar dati importanti fil-kalendarju tagħna tal-2021, li se jiġu ppubblikati l-ġimgħa d-dieħla. Ir-Rapport Annwali għall-2020 bil-Malti tista’ taċċessah hawnhekk, u l-verżjoni tal-mowbajl tista’ taċċessaha hawnhekk. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More