Home / News / Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2023 back to news Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2023 Other • Pubblikazzjonijiet 14th February, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għall-2023, li jista’ jitqies turija ta’ xogħlu għat-tkabbir tal-letteratura Maltija u s-sapport lill-awturi u l-pubblikaturi. Tul is-sena l-KNK kompla bil-missjoni tiegħu sabiex iwieżen lil-letteratura Maltija bis-saħħa ta’ inizjattivi varji, l-aktar bil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Bil-parteċipazzjoni ta’ 44 esebitur, l-attendenza ta’ eluf ta’ persuni mill-pubbliku kif ukoll aktar minn 6,000 student fost il-ġimgħa, dan l-avveniment serva bħala ċelebrazzjoni tat-talent letterarju lokali. Il-kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet bħall-Kunsill Malti għall-Arti għenu sabiex ikun hemm ħarsa mġedda lejn l-illustrazzjonijiet fil-kotba, u x-xows imtellgħin għat-tfal minn Dù Theatre ispirati mir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka saħħew id-dedikazzjoni tal-KNK lejn il-ħolqien ta’ xefaq kulturali dinamiku. Fit-traġitt tiegħu sabiex jesporta l-letteratura Maltija, il-KNK ħadem ma’ Modern Poetry in Translation fuq edizzjoni Maltija ta’ dir-rivista popolari. Barra minn hekk, ikkollabora mal-Fondazzjoni tal-Commonwealth fil-Premju tan-Novelli tagħhom u mal-Moviment Artistiku tad-Drittijiet Umani (IHRAM) għal antoloġija ta’ kitba minn Malta fl-2024. Mument importanti fl-2023 kienet iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-24 ta’ Novermbru, li fiha l-KNK resaq lejn, u fehem, l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-pubblikaturi billi introduċa premju monetarju ta’ €1,000 għal kull pubblikatur li l-ktieb tiegħu jirbaħ il-premju. Dan minbarra l-premji tas-soltu li jmorru għand il-kittieba u l-illustraturi. Flimkien dawn il-premji jwieżnu u jsaħħu finanzjarjament l-ekosistema lokali tal-pubblikazzjoni. Ir-Rapport Annwali fih ukoll ħjiel ta’ xogħol il-KNK fil-professjonalizzazzjoni tal-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija, fost l-oħrajn b’inizjattivi bħall-Fond Malti tal-Ktieb u l-Iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku li joffru sapport lill-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi. Aħna u nħarsu ’l quddiem, se nibqgħu dedikati biex l-industrija tal-kotba tikber u magħha tikber ukoll il-preżenza tagħha f’fori globali. Ir-Rapport Annwali tista’ ssibu bil-Malti u bl-Ingliż hawnhekk, inkella l-verżjoni tal-mowbajl hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More