Home / News / Jibda l-Proċess tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Jibda l-Proċess tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 25th April, 2017 L-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb beda il-ġimgħa li għaddiet bl-ewwel laqgħa tal-Bord Indipendenti tal-Aġġudikazzjoni fl-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Floriana. Il-proċess ta’ tqassim u l-verifika li kull ktieb ġie elenkat fil-kategorija korretta ħa itwal mis-soltu din is-sena minħabba n-numru rekord ta’ sottomissjonijiet. Iż-żieda qawwija fin-numru ta’ sottomissjonijiet huwa mudell li ġie osservat matul l-aħħar ftit snin u hu bla ebda dubju indikattiv taż-żieda fil-prestiġju li l-premju kiseb minn żmien l-ewwel reviżjoni prinċipali tiegħu fl-2001. Din ir-reviżjoni hija proċess kontinwu u din is-sena l-Bord tal-KNK qabel li jsiru bidliet fil-kriterji tat-traduzzjoni bl-għan li jsiru aktar adattati għall-evalwazzjoni tat-testi tradotti. Fil-prattika ġiet riżolta li aktar punti għandhom jingħataw għall-merti tat-traduzzjoni milli għall-għażla tat-test għat-traduzzjoni. Bidliet oħra ġew magħmula lill-kategoriji, fejn il-kategorija ta ‘Riċerka Storiografika’ ġiet estiża għal ‘Riċerka Storjografika u Biografika’. L-ewwel parti tal-proċess tal-aġġudikazzjoni, wara l-verifika tal-kategoriji, hija l-għażla tal-finalisti għall-Premju. Ladarba toħroġ, il-lista tiġi ppubblikata fil-gazzetti ewlenin u fuq il-websajt u netwerks soċjali tal-Kunsill tal-Ktieb. Dawn it-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja ħafna. Ġenituri, għalliema u membri tal-pubbliku li għandhom il-qari għall-qalbhom huma mħeġġa jaqraw l-lista bir-reqqa sabiex ikunu jafu liema kienu l-aħjar pubblikazzjonijiet lokali tas-sena 2016. Dawn it-titli jistgħu jinxtraw minn kwalunkwe ħanut tal-kotba kif ukoll mill-Festival Nazzjonali li ġej (8-12 Novembru, MCC Valletta). Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni mhux kompetittiv: kull ktieb huwa ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess. Hemm b’kollox seba’ kategoriji għal-kotba għall-adulti u sitt kategoriji għal-Premju Terramaxka. F’kull kategorija jistgħu jintrebħu iktar minn premju wieħed dment li l-kotba jkunu ġabru iktar minn 90% tal-marki. Min-naħa l-oħra, jekk l-ebda wieħed mill-kotba f’kategorija waħda ma jikseb iktar minn 90% tal-marki, l-ebda premju ma joħroġ għal dik il-kategorija. Il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru fl-ewwel jum tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, jiġifieri 8 ta’ Novembru 2017. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jitħabbru aktar tard, f’Diċembru, waqt ċerimonja li se ssir fil fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More