Home / News / Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka Back to News Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 7th November, 2017 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-ftuħ uffiċjali llum fis-7:30 ta’ filgħaxija biċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2017, immexxija minn Joe Dimech. Iċ-ċerimonja saret fis-Sala Sir Temi Zammit, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u kienet ippreseduta mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Camilleri fetaħ is-serata b’diskors, li fih indirizza l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ bejgħ fil-ħwienet tal-kotba lokali, ħaġa li sfortunatament qed iġiegħel xi ħwienet tal-kotba jinbidlu f’ħwienet ta’ stationery. Fid-diskors tiegħu, il-president tal-KNK sostna li teżisti possibbiltà oħra – it-trasformazzjoni ta’ ħwienet tal-kotba f’ċentri kulturali, fejn in-nies jiġu biex iduru l-kotba, jaqraw siltiet minnhom, u jiltaqgħu ma’ awturi f’tnidijiet ta’ kotba u okkażjonijiet oħra, kif ukoll biex jixtru kotba. F’dan is-sens, il-Festival tal-Ktieb qiegħed ikollu rwol importanti biex jagħti eżempju li l-ħwienet tal-kotba jistgħu jsegwu. L-avveniment segwa b’qari minn Mingu, li s-sena li għaddiet rebaħ fil-kategorija ta’ kotba għat-tfal ta’ etajiet 0 -7. Ir-rebbieħa kienu mbagħad mħabbra fl-ordni tal-kategoriji skont l-etajiet, li jibdew minn 0-7, u jibqgħu sejrin sa 13-16. Ir-rebbieħa huma elenkati hawn taħt: Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Clare Azzopardi bil-ktieb Il-Qtates ta’ max-Xatt (Merlin Publishers) Noel Tanti bil-ktieb Fil-kamra ta’ Jonas (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) John A Bonello bil-ktieb Irvin Vella investigatur virtwali: Il-każ tas-serqiet strambi (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16) Antoinette Borg bil-ktieb Fittixni (Edituri Merlin) Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7) Leanne Ellul bil-ktieb Inħobbok (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12) Leanne Ellul u Clare Azzopardi bil-ktieb Teresa (Merlin Publishers) Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Merlin Publishers bil-ktieb Il-Qtates ta’ max-Xatt ta’ Clare Azzopardi. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More