Home / News / Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka Back to News Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 7th November, 2017 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-ftuħ uffiċjali llum fis-7:30 ta’ filgħaxija biċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2017, immexxija minn Joe Dimech. Iċ-ċerimonja saret fis-Sala Sir Temi Zammit, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u kienet ippreseduta mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Camilleri fetaħ is-serata b’diskors, li fih indirizza l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ bejgħ fil-ħwienet tal-kotba lokali, ħaġa li sfortunatament qed iġiegħel xi ħwienet tal-kotba jinbidlu f’ħwienet ta’ stationery. Fid-diskors tiegħu, il-president tal-KNK sostna li teżisti possibbiltà oħra – it-trasformazzjoni ta’ ħwienet tal-kotba f’ċentri kulturali, fejn in-nies jiġu biex iduru l-kotba, jaqraw siltiet minnhom, u jiltaqgħu ma’ awturi f’tnidijiet ta’ kotba u okkażjonijiet oħra, kif ukoll biex jixtru kotba. F’dan is-sens, il-Festival tal-Ktieb qiegħed ikollu rwol importanti biex jagħti eżempju li l-ħwienet tal-kotba jistgħu jsegwu. L-avveniment segwa b’qari minn Mingu, li s-sena li għaddiet rebaħ fil-kategorija ta’ kotba għat-tfal ta’ etajiet 0 -7. Ir-rebbieħa kienu mbagħad mħabbra fl-ordni tal-kategoriji skont l-etajiet, li jibdew minn 0-7, u jibqgħu sejrin sa 13-16. Ir-rebbieħa huma elenkati hawn taħt: Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Clare Azzopardi bil-ktieb Il-Qtates ta’ max-Xatt (Merlin Publishers) Noel Tanti bil-ktieb Fil-kamra ta’ Jonas (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) John A Bonello bil-ktieb Irvin Vella investigatur virtwali: Il-każ tas-serqiet strambi (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16) Antoinette Borg bil-ktieb Fittixni (Edituri Merlin) Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7) Leanne Ellul bil-ktieb Inħobbok (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12) Leanne Ellul u Clare Azzopardi bil-ktieb Teresa (Merlin Publishers) Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Merlin Publishers bil-ktieb Il-Qtates ta’ max-Xatt ta’ Clare Azzopardi. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More