Home / News / Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022 Back to News Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022 Festivals • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 25th November, 2022 Waqt iċ-ċerimonja li ttellgħet fl-MFCC, bħala parti mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, il-preżentatriċi Mariele Żammit ħabbret ir-rebbieħa ta-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef ta’ din is-sena. Din is-sena, tressqu 80 poeżija minn poeti diversi għal dan il-konkors, tkabbir konsiderevoli mill-50 poeżija li tressqu s-sena l-oħra, xhieda tal-prestiġju dejjem jikber ta’ dan il-konkors. Il-ġurija komposta minn Profs Rena Balzan, Profs Norbert Bugeja u Glen Calleja, għażlu l-poeżija “Fuq l-Aġenda tal-Għajn ta’ Doreen” ta’ Therese Pace bħala l-poeżija rebbieħa, denja ta’ premju ta’ €1,000. Pace hija poeta bilingwi li ppubblikat diversi ġabriet, fosthom Arpeġġi li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2004. Xogħolha deher ukoll f’għadd ta’ antoloġiji Maltin u barranin u dan il-premju f’konkors letterarju mhuwiex l-ewwel wieħed għaliha. Ippubblikat ukoll diversi kotba għat-tfal bħal Naqraw u Nirrimaw. L-evalwaturi ddeskrivew il-poeżija rebbieħa tagħha bħala waħda b’għażla qawwija u konsistenti ta’ kliem li tagħti identità partikolari lill-poeżija. Il-poeżija “Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina” wasslet lil Jasmine Bajada għat-tieni post, waqt li l-poeżija “Kamra Żgħira, Xi Mkien” irregalat lil Miriam Calleja, it-tielet post. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, irrimarka li huwa ta’ sodisfazzjon għalih li s-sejħa tiegħu fl-istess ċerimonja tas-sena l-oħra nstemgħet u li l-konkors kiber daqstant. Camilleri feraħ lir-rebbieħa u lill-parteċipanti kollha għax huwa huma li qed jagħmlu l-konkors prestiġjuż. Dan il-konkors jittella’ kull sena u jinfetaħ għal kulħadd. Il-poeżija mressqa trid tkun oriġinali, bil-Malti,mhux ippubblikata u mhux itwal minn 36 vers u titressaq b’mod anonimu permezz ta’ psewdonimu, li ssarraf l-evalwazzjoni f’waħda anonima. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-poeti kollha li ressqu l-poeżija tagħhom u lill-membri tal-ġurija għall-evalwazzjoni tagħhom. L-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-konkors tiftaħ f’Ġunju 2023. Waqt iċ-ċerimonja tħabbret ukoll kollaborazzjoni mar-rivista influwenti Modern Poetry in Translation li se tiddedika waħda mill-ħarġiet tas-sena d-dieħla għall-poeżija Maltija tradotta bl-Ingliż, u li għaliha se tinħareġ sejħa. Ir-riżultati kollha jinsabu hawnhekk. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More