Home / News / Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Back to News Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Inizjattivi • Other 14th September, 2019 Illum l-14 ta’ Settembru ittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Malta, fuq inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Dan kien mument storiku fejn għall-ewwel darba l-kittieba Maltin iltaqgħu bejniethom biex b’mod kollettiv jirrikonoxxu d-drittijiet ekonomiċi tagħhom. B’kollox attendew ‘il fuq minn 65 awtur. L-għan ewlieni ta’ dan il-Kungress kien il-preżentazzjoni taż-żewġ mozzjonijiet li ressaq il-KNK u li fuqhom ittieħed vot: Id-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba Tiġdid tal-Liġi Sussidjarja għall-Att tal-Parlament L-ewwel mozzjoni tfasslet wara serje ta’ laqgħat mal-awturi li l-KNK kellu tul dawn l-aħħar xhur u tirrigwarda d-dħul finanzjarju tal-kittieba. Il-mozzjoni dwar Abbozz ta’ Drittijiet Ekonomiiċi tal-Kittieba tirrikonoxxi d-dritt li l-awturi jitħallsu tax-xogħol tagħhom, u sservi ta’ gwida ċara lill-Gvern fil-poltiika tiegħu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE 2019/790 dwar id-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet relatati mas-Suq Uniku Diġitali. Punt prevalenti li tqajjem mill-kittieba rigward l-ewwel mozzjoni kien l-eċezzjoni għall-ħlas tar-royalties fuq kotba tal-poeżija. Il-Kungress qabel dwar emenda li l-eċezzjoni dwar il-kotba tal-poeżiji titneħħa. Dil-mozzjoni ġiet approvata minn total ta’ 141 kittieb b’mod unanimu, li jinkludu l-approvazzjoni bil-kitba ta’ 75 awtur li ma setgħux jattendu. It-tieni mozzjoni tiddikjara li il-Leġislazzjoni Sussidjarja 327.580 għat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tiġi mġedda f’Att tal-Parlament sabiex tissaħħaħ l-awtonomija tiegħu. Il-mozzjoni ġiet approvata b’mod unanimu mill-kittieba preżenti. Kelliema ewlenin ikkumentaw dwar il-mozzjonijiet u saħqu fuq l-importanza ta’ avveniment bħal Kungress li laqqa’ lill-biċċa l-kbira tal-awturi taħt saqaf wieħed. Fid-diskors tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill enfasizza li t-tisħiħ ekonomiku tal-awtur u t-tkabbir tal-industrija tal-kotba jikkontribwixxu għar-rinaxximent tal-letteratura lokali u l-iżvilupp kulturali, edukattiv u intellettwali tas-soċjetà, u għalhekk it-tisħiħ ekonomiku tal-industrija tal-kotba huwa wkoll ta’ importanza nazzjonali. Finalment, flimkien mal-bqija tal-awturi, l-KNK iddiskuta t-triq ’il quddiem u l-passi li għandhom jittieħdu għall-ġid tagħhom u tal-industrija fosthom l-introduzzjoni ta’ inċentivi fiskali fl-industrija. SHARE POST Related Articles IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More