Home / News / Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba back to news Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Inizjattivi • Other 14th September, 2019 Illum l-14 ta’ Settembru ittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Malta, fuq inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Dan kien mument storiku fejn għall-ewwel darba l-kittieba Maltin iltaqgħu bejniethom biex b’mod kollettiv jirrikonoxxu d-drittijiet ekonomiċi tagħhom. B’kollox attendew ‘il fuq minn 65 awtur. L-għan ewlieni ta’ dan il-Kungress kien il-preżentazzjoni taż-żewġ mozzjonijiet li ressaq il-KNK u li fuqhom ittieħed vot: Id-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba Tiġdid tal-Liġi Sussidjarja għall-Att tal-Parlament L-ewwel mozzjoni tfasslet wara serje ta’ laqgħat mal-awturi li l-KNK kellu tul dawn l-aħħar xhur u tirrigwarda d-dħul finanzjarju tal-kittieba. Il-mozzjoni dwar Abbozz ta’ Drittijiet Ekonomiiċi tal-Kittieba tirrikonoxxi d-dritt li l-awturi jitħallsu tax-xogħol tagħhom, u sservi ta’ gwida ċara lill-Gvern fil-poltiika tiegħu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE 2019/790 dwar id-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet relatati mas-Suq Uniku Diġitali. Punt prevalenti li tqajjem mill-kittieba rigward l-ewwel mozzjoni kien l-eċezzjoni għall-ħlas tar-royalties fuq kotba tal-poeżija. Il-Kungress qabel dwar emenda li l-eċezzjoni dwar il-kotba tal-poeżiji titneħħa. Dil-mozzjoni ġiet approvata minn total ta’ 141 kittieb b’mod unanimu, li jinkludu l-approvazzjoni bil-kitba ta’ 75 awtur li ma setgħux jattendu. It-tieni mozzjoni tiddikjara li il-Leġislazzjoni Sussidjarja 327.580 għat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tiġi mġedda f’Att tal-Parlament sabiex tissaħħaħ l-awtonomija tiegħu. Il-mozzjoni ġiet approvata b’mod unanimu mill-kittieba preżenti. Kelliema ewlenin ikkumentaw dwar il-mozzjonijiet u saħqu fuq l-importanza ta’ avveniment bħal Kungress li laqqa’ lill-biċċa l-kbira tal-awturi taħt saqaf wieħed. Fid-diskors tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill enfasizza li t-tisħiħ ekonomiku tal-awtur u t-tkabbir tal-industrija tal-kotba jikkontribwixxu għar-rinaxximent tal-letteratura lokali u l-iżvilupp kulturali, edukattiv u intellettwali tas-soċjetà, u għalhekk it-tisħiħ ekonomiku tal-industrija tal-kotba huwa wkoll ta’ importanza nazzjonali. Finalment, flimkien mal-bqija tal-awturi, l-KNK iddiskuta t-triq ’il quddiem u l-passi li għandhom jittieħdu għall-ġid tagħhom u tal-industrija fosthom l-introduzzjoni ta’ inċentivi fiskali fl-industrija. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More