Home / News / KNK fis-‘Salon du livre et des cultures du Luxembourg’ 2016 Back to News KNK fis-‘Salon du livre et des cultures du Luxembourg’ 2016 Inizjattivi • Other 14th March, 2016 Fil-programm tas-16-il edizzjoni tas-Salon du livre et des cultures du Luxembourg u t-33 edizzjoni tal-Festival des migrations, des cultures et de la citoyenneté, li saru f’LuxExpo, Kirchberg nhar it-12 u t-13 ta’ Marzu, il-ktieb Malti ingħata post speċjali. B’inizjattiva tal-kittieb u organizzatur kulturali Antoine Cassar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu stand kbir fid-daħla tas-sala l-kbira tal-fiera, bil-ħsieb li jkompli jesporta l-kotba Maltin tradotti – partikularment il-letteratura, iżda mhux biss. B’appoġġ mill-Cultural Export Fund tal-Kunsill Malti għall-Arti, u wara stedina mir-rivista Transkrit tal-Kulturfabrik ta’ Esch-sur-Alzette, waqt il-fiera u l-festival ilqajna fostna lil żewġ awturi Maltin: Immanuel Mifsud, rebbieħ tal-Premju tal-Letteratura tal-UE fis-sena 2011 bil-ktieb ‘Fl-isem tal-missier (u tal-iben)’ (KKM), u Nadia Mifsud, awtriċi tal-ġabra ta’ poeżija ‘Kantuniera ‘l bogħod’ (Ed. Skarta) u traduttriċi letterarja mill-Malti għall-Franċiż, fost l-oħrajn tal-kotba ta’ Immanuel Mifsud. It-traduzzjoni tagħha tal-ktieb ‘Fl-isem tal-missier (u tal-iben)’ se tiġi ppubblikata minn Gallimard, filwaqt li l-verżjoni Franċiża tagħha ta’ 20 poeżija ta’ Immanuel Mifsud fl-aħħar ħarġa ta’ Transkrit, li tnediet proprju waqt dan il-festival. Bħala parti mill-programm tal-festival, Immanuel Mifsud u Nadia Mifsud ħadu sehem fi tliet attivitajiet biex ikomplu jibnu l-pontijiet letterarji bejn Malta u l-Lussemburgu, u bejn l-ilsien Malti u l-lingwa Franċiża: Is-Sibt 12 ta’ Marzu, 18:30: ‘Landlocked, Sealocked – Poésie de Malte, Luxembourg et au-delà’ (Attività organizzata mil-Luxembourg Poetry Group, imwaqqaf minn Karina Fiorini) Il-Ħadd 13 ta’ Marzu, 14:00: ‘Table ronde: La traduction littéraire entre Malte et le Luxembourg’ – Bis-sehem ta’ Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, Vera Pejović u Jean Portante. Moderazzjoni ta’ Florent Toniello, ġurnalist kulturali tal-Woxx u rebbieħ tal-Konkors Nazzjonali tal-Letteratura tal-Lussemburgu fl-2015 Il-Ħadd 13 ta’ Marzu, 17:00: ‘Présentation de la revue Transkrit #8’ – Titnieda l-ħarġa l-ġdida tar-rivista Transkrit, b’għoxrin poeżija ta’ Immanuel Mifsud maqluba bil-Franċiż minn Nadia Mifsud. Preżentazzjoni tal-poeta Lussemburgiż Jean Portante, editur u kuratur ta’ Transkrit (Inizjattiva tal-Kulturfabrik, bl-appoġġ tal-Cultural Export Fund tal-Kunsill Malti għall-Arti.) Wara l-Festival, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta donazzjoni sostanzjali ta’ kotba Maltin lill-Librerija Nazzjonali tal-Lussemburgu. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More