Home / News / Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja Back to News Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja Festivals • Other 9th October, 2017 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 8 ta’ Novembru b’konferenza dwar “Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Mhux Fittizja”. Il-konferenza se jkollha l-għamla ta’ taħdita bejn għadd ta’ mistednin tal-Festival u se tkun immexxija minn eks-ġurnalista u reporter tal-BBC Rosie Goldsmith. L-awtur lokali Alex Vella Gera, il-poeta u l-akkademika mill-Kuwajt Shahd Alshammari, l-awtur Franċiż Gilbert Sinoué u l-kittieba u poeta Ingliża Ros Barber se jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar id-definizzjoni tal-verità f’ġeneri letterarji differenti. Il-konferenza se tħares lejn id-diffikultà tad-definizzjoni tal-verità fil-letteratura u kif wieħed jista’ jiżen il-verità ta’ rakkont, kemm jekk dak ir-rakkont jidher f’kuntest ta’ letteratura fittizja kif ukoll ta’ dik mhux fittizja. Il-kwistjoni hija rilevanti għal dinja maħkuma mill-midja, fejn il-linja bejn ir-rappurtar fattwali u l-invenzjoni letterarja ġiet imċajpra bit-tfaċċar ta’ ġeneri ġodda bħall-ġurnaliżmu letterarju, conspiracy theory thrillers, kotba ta’ xjenza popolari u djarji ta’ xhieda okulari, biex insemmu ftit minnhom. Alex Vella Gera huwa awtur lokali li fl-2009 sab ruħu f’nofs kontroversja taħraq dwar il-pubblikazzjoni tan-novella tiegħu Li Tkisser Sewwi f’ġurnal tal-istudenti. L-awtur stqarr li l-istorja, li tirrakkonta l-avventuri sesswali ta’ individwu irresponsabbli u sessist għall-aħħar u hija mfassla bħala rakkont fl-ewwel persuna, kienet biss mod sabiex jaqbad aspett ta’ realtà imbegħda kemm jista’ jkun mill-ħajja tiegħu. Shahd Alshammari hija poeta u kittieba b’interess kbir fil-kundizzjoni tan-nisa u individwi b’diżabilità fis-soċjetajiet Għarab moderni. L-aħħar pubblikazzjoni tagħha, Notes on the Flesh, tesplora, permezz ta’ rakkonti fittizji, ir-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom persuni b’diżabilità, nies morda u n-nisa fis-soċjetà. Awtur magħruf ta’ għadd kbir ta’ rumanzi storiċi, Gilbert Sinoué jinseġ fatti storiċi ma’ elementi fittizji f’produzzjoni letterarja li tħaddan varjetà kbira ta’ ġeneri – minn bijografiji għal sagas u thrillers. Ros Barber hija l-kittieba ta’ The Marlowe Papers, rumanz forma ta’ poeżija li jirrakkonta l-istorja ta’ kif Christopher Marlowe sar William Shakespeare wara l-famuża ġlieda ġo taverna fejn il-figura storika hija rrappurtata li ġiet maqtula. Fir-rumanz, Marlowe ma jinqatilx. Minflok jiġi meħud f’post imbiegħed minn fejn eventwalment jirritorna b’identità ġdida. Membri tal-pubbliku huma mistiedna jingħaqdu ma’ dawn il-kittieba u ma’ Goldsmith, biex jipprovaw jiddefinixxu l-kunċett elużiv tal-verità fil-letteratura fit-8 ta’ Novembru fit-8 ta’ filgħaxija fis-Sala Sir Temi Zammit, Dar il-Mediterran. Fit-tmiem tad-diskussjoni, il-pubbliku ser ikollu l-opportunità jsaqsi mistoqsijiet u jgħaddi kummenti fuq dak li jkun intqal waqt il-konferenza. Alex Vella Gera Rosie Goldsmith Gilbert Sinoué Shahd Alshammari Ros Barber SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More