Home / News / Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ: riżultati u sejħa ġdida Back to News Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ: riżultati u sejħa ġdida Other 24th February, 2018 Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika. Ir-riżultati tal-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors ġew imħabbra aktar kmieni dalgħodu waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li saret fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana. Ir-rebbieħa Josianne Block ingħatat trofew, ċertifikat u għotja finanzjarja ta’ 1000 euro għal-manuskritt rebbieħ tagħha, 360 degrees. Sussegwentement, Block se tiffirma kuntratt għall-għotja ta’ finanzjament għall-pubblikazzjoni tax-xogħol tagħha ma’ pubblikatur lokali. F’konferenza stampa wara ċ-ċerimonja, il-kap eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri flimkien ma’ Miriam Teuma, l-kap eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ, ħabbar li l-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2018 tal-Konkors huma miftuħa u l-awturi kollha interessati huma mistiedna jissottomettu testi oriġinali ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma mmirati lejn adulti żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-15-il sena. L-applikanti jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi u l-manuskritti jridu jiġu sottomessi taħt nom de plume. L-applikanti kollha irid ikollhom mill-inqas 20 sena. Minbarra t-test, l-applikanti għandhom ukoll jipprovdu formola ta’ applikazzjoni bil-firma oriġinali tal-awtur, fotokopja tal-karta tal-identità tagħhom u sinopsi tal-istorja ta’ mill-inqas 500 kelma. Erba’ kopji kemm tal-manuskritt kif ukoll tas-sinopsi, għandhom jiġu sottomessi taħt nom de plume, flimkien mad-dokumenti l-oħra. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaħtar tliet ġurati li jagħżlu l-manuskritti rebbieħa skont sett ta’ kriterji. Jeżistu erba’ kriterji: żvilupp tal-istorja u l-karattri, oriġinalità, lingwa u kwalità. Għal iktar informazzjoni rigward il-kriterji ta’ għażla, tista’ tidħol fis-sit tal-aġenzija fuq www.agenzijazghazagh.com. L-applikazzjonijiet flimkien mal-manuskritti u d-dokumenti kollha mitluba għandhom jaslu għand l-Aġenzija Żgħażagħ sa nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018. Għandhom jintbagħtu lil: Aġenzija Żgħażagħ Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ Umberto Colosso St Joseph High Road Santa Venera SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More