Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati Festivals • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 8th November, 2019 Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2019 ittellgħet illum il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-ewwel edizzjoni tal-Konkors għall-poeżija bil-lingwa Maltija tnediet f’Ġunju. Il-Professur Charles Briffa, Dr. Claudine Borg u l-poeta Antoine Cassar iffurmaw parti mill-ġurija. Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri fakkar fl-importanza tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija fiċ-ċelebrazzjoni tal-wirt poetiku ta Doreen Micallef, u fl-istess ħin irrikonoxxa l-poeżija kontemporanja bil-Malti. Il-Konkors jipprovdi pjattaforma li tkompli televa l-profil tal-poeżija Maltija u huwa opportunità biex il-poeżija tiskopri pijuniera tal-kitba feminista Maltija li naqset milli tirċievi l-apprezzament dovut f’ħajjitha. Fi tmiem id-diskors tiegħu Camilleri ħabbar u feraħ lill-awturi rebbieħa, qabel stieden lil Nadia Mifsud u lil Louis Briffa biex jaqraw il-poeżiji rebbieħa tagħhom. L-ewwel premju ngħata għall-poeżija Varjazzjonijiet tas-Skiet minn Nadia Mifsud. Louis Briffa rebaħ it-tieni premju bil-poeżija NES Qaqqari, u t-tielet premju mar għall-poeżija Preludju mħarbat minn Ritianne Frendo. L-ewwel premju kien għotja ta’ € 1,000; iż-żewġ poeżiji l-oħra ngħataw vawċer tal-kotba. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li attendew l-avveniment u lill-bosta poeti li ppreżentaw poeżiji għall-Konkors u lill-membri tal-ġurija. Ir-riżultati jistgħu jiġu aċċessati minn hawn. SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More