Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija: ir-Rebbieħ tas-sena li għaddiet Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija: ir-Rebbieħ tas-sena li għaddiet Other 18th August, 2017 Il-Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija Mons. Amante Bountempo, imwaqqaf minn Għaqda Poeti Maltin b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, huwa inizjattiva relattivament ġdida li ġiet imtella’ għall-ewwel darba is-sena li għaddiet. It-tħabbira tal-poeżiji rebbieħa u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet huma fost l-avvenimenti mħejja għall-Jum tal-Poeżija tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li din is-sena se jseħħ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru. Hemm tliet premjijiet li jistgħu jintrebħu – l-ewwel, it-tieni u t-tielet premju. Fl-ewwel edizzjoni tal-Konkors, is-sena li għaddiet, Louis Briffa rebaħ l-ewwel premju bil-poeżija tiegħu Falco Peregrinus u t-tielet premju bi Storja Antika. It-tieni premju intrebaħ minn Paul P. Borg b ‘… binti Ażil … Tista’ taqra l-poeżija rebbieħa hawn taħt. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin jistiednu lill-poeti kollha biex jipparteċipaw fil-Konkors ta’ din is-sena billi jniżżlu u jimlew l-applikazzjoni, li tagħlaq fl-4 ta’ Settembru 2017. L-applikanti jistgħu jniżżlu u jaqraw il-kriterji u r-regolamenti minn din il-ħolqa. FALCO PEREGRINUS Ingarġi l-hena tiegħi minn ħalq ta’ rdum jirbombja fejn it-tifqigħ tedjanti tal-buful ma jeżistix. Bil-granfi ta’ difrejja ganċ maz-zokk imqabbdin sewwa ma tlumunix jekk b’ħarsti niskrutinja kull moviment ta’ dinja fraġli taħti. Perfett inħloqt b’erodinamika tbikkem l-opponenti, b’għajnejja teleskopi niffidin. Hekk kif inqum imniegħes nerdagħhom tas-sebħ il-bżieżel vermiljun. Niżżarġan b’rixi jsaħħar (li ħadu ż-żmien biex saru) u nfarfarhom min-nida żibeġ żibeġ kristallin. Rispett u ħajr għad-disk ġgantesk fuq rasi rroddhom bir-rabass… Bħal iben Dedalu ma taħtafnix ix-xemx b’nifisha kaċċatur. Imnieġel aġli l-ġwienaħ ma’ denbi ‘l ġew nilwihom, u ntaħħat lil saqajja mlebilbin. Nissaltja noftoq l-arja reżistenti. Bħal dell spettrali naqa’ b’apprensjoni. Veloċità feroċi nilħaq li ‘l isfel issabbatni. F’korteo sħab imgħabbar, f’nebbja twaħħax…b’teptipet il-membrana Il-vista tibqa’ ċara, bil-priża tidher akbar kull sekonda. L-ispid tisfida l-ħin ma joqtolnix. Tuberk’l i żgħar għadmija fuq minħari jgħinuni nieħu n-nifs f’kull għadsa ‘l isfel. Atletiku jien u pellegrin fatali. Spettakolari l-mewt li noffri f’nofs is-sema jisfronda bil-minaċċja xkattata u sfiqa tiegħi, li ddarras lid-dgħajfin. Pristin l-istil tad-daqqa b’difrejja ponn li taf tikkawża t-tmien tat-tajr magħżul, jew tistordih. ‘Kk bid-daqqa kalkulata ma jmutux Bit-talja ta’ munqari m’nn għonqhom naqta’ l-kolonna vertebrali bla rimors. B’demmhom qabbież u b’dgħifhom nutrittiv jitrejqu l-frieħ u jien. F’kolonja tal-mejtin inħalli l-fdal tal-prejjeż smien. B’kirurgu ta’ demm biered u preċiż li tama ma joffrix, hekk iżommuni. Tafuni ukoll b’renjant vendikatur u persistenti ta’ qtil Osiris lili. Sa mill-iżmna sfumati ta’ lil hinn, fil-ħolma imqalleb tiegħi sajjetta xtaqtni kont li tagħlaq l-aħħar xaqq tal-kreazzjoni! Louis Briffa, 2016 SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Malta Book Festival 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Malta Book Festival 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More