Home / News / Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020: jiftħu l-applikazzjonijiet back to news Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020: jiftħu l-applikazzjonijiet Inizjattivi • Other 7th January, 2020 Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ huwa konkors organizzat bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. B’hekk l-organizzaturi jixtiequ li bil-mod il-mod fis-suq ikomplu jiżdiedu aktar kotba f’dan il-ġeneru u l-adolexxenti jsibu qari bil-Malti li jinteressahom u jimmotivahom. Permezz ta’ dan il-konkors, l-organizzaturi jaspiraw li l-manuskritti sottomessi jkunu tal-ogħla livell letterarju. L-organizzaturi jaspiraw ukoll li jippromovu letteratura ta’ livell għoli billi jippremjaw testi ta’ kontenut letterarju għoli. Barra minn hekk ikun hemm inċentiv għall-awturi biex jissottomettu rumanzi oriġinali u innovattivi b’kontentut mhux didattiku u li ma jaljenax liż-żgħażagħ b’attidudni moralistika. B’hekk l-adoloxxenti jibdew igawdu wkoll minn letteratura miktuba speċifikament għall-etajiet u ż-żminijiet tagħhom – rumanzi li jħeġġuhom jaqraw aktar u aħjar. L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2020 fetħu u kull min hu interessat għandu jissottometti test oriġinali ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma, immirat lejn żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-15-il sena. L-applikanti jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi u l-manuskritti jridu jiġu sottomessi taħt psewdonimu. L-applikanti kollha irid ikollhom mill-inqas 20 sena. Minbarra t-test, l-applikanti għandhom ukoll jipprovdu formola ta’ applikazzjoni bil-firma oriġinali tal-awtur, fotokopja tal-karta tal-identità tagħhom u sinopsi tal-istorja ta’ mill-inqas 500 kelma. Tliet kopji kemm tal-manuskritt kif ukoll tas-sinopsi, għandhom jiġu sottomessi taħt psewdonimu, flimkien mad-dokumenti l-oħra. Awturi li huma interessati f’dan il-konkors għandhom jaqraw l-linji gwida li jirregolaw il-parteċipazzjoni billi jżuru is-sit www.agenzijazghazagh.gov.mt, iniżżluhom minn hawnhekk jew jibagħtu imejl fuq l-indirizz elettroniku agenzija.zghazagh@gov.mt. Niżżel l-applikazzjoni minn hawn. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaħtar tliet aġġudikaturi li jagħżlu l-manuskritti rebbieħa skont sett ta’ kriterji: żvilupp tal-istorja u l-karattri, oriġinalità, lingwa u kwalità. Ir-rebbieħ jitħabbar fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2021 u jingħata trofew u ċertifikat ta’ tifkira kif ukoll somma ta’ €1,000. Imbagħad jiġi mistoqsi biex jiffirma kuntratt li fih jingħata fondi (€2,000) biex jippubblika x-xogħol ma’ pubblikatur lokali tal-għażla tiegħu. Il-manusktritti oriġinali flimkien mal-formola tal-applikazzjoni uffiċċjali għall-konkors ta’ din is-sena jridu jaslu għand l-Aġenzija Żgħażagħ sa nofsinhar tas-7 ta’ Settembru 2020. [add_posts category=youth-prizes-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More