Home / News / L-iffirmar tal-Kuntratt tal-Education Exception mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Pubblikaturi u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News L-iffirmar tal-Kuntratt tal-Education Exception mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Pubblikaturi u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other 18th December, 2020 Wara sena ta’ negozjati intensi u konsultazzjonijiet fit-tul bejn l-imsieħba kollha, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, ir-rappreżentanti tal-pubblikaturi u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iffirmaw il-Kuntratt tal-Education Exception li se jkun qed jirregolarizza għall-ewwel darba l-ikkuppjar ta’ materjal ipprintjat (ir-reprografija) u l-użu diġitali tal-kotba Maltin fl-iskejjel pubbliċi. Ir-regolarizzazzjoni u l-liċenzjar tal-kotba użati fis-sistema edukattiva huwa obbligu tal-Unjoni Ewropea (UE) li kull Stat Membru jrid isegwi, u li dan l-obbligu se jissaħħaħ ladarba d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali tidħol fis-seħħ fis-sajf tal-2021. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ilu jaħdem fuq qafas leġiżlattiv sabiex ikun assigurat li Malta, bħal Stati Membri oħra, timxi mal-liġi Ewropea u fl-istess ħin tassigura l-interessi u d-drittijiet tal-imsieħba tagħha, jiġifieri l-awturi, l-illustraturi u l-pubblikaturi. B’dal-ftehim il-pubblikaturi u l-awturi jirċievu sa massimu ta’ €100,000 allokati kull sena bir-rata ta’10% għall-użu reprografiku jew diġitali għal kull ktieb ippubblikat. In-negozjati għall-Kuntratt tal-Education Exception saru mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li se jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-proċess biex jgħaddi l-fondi msemmija lill-Organizzazzjoni Maltija għad-Drittijiet Reprografiċi (Malta Reprographic Rights Organisation), biex imbagħad din tgħaddihom lill-pubblikaturi u lill-awturi li jkunu fl-iskema. Dal-ftehim fl-aħħar se jirregola l-użu illegali u irregolari tar-reprografija u l-użu diġitali tal-kotba, li minnhom infushom jagħmlu ħsara lill-industrija tal-kotba, tali mod li jibbenefika kulħadd minnu fosthom l-għalliema u l-istudenti. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ bi pjaċir il-kunsens għal dat-traġitt kemm mill-Ministeru għall-Edukazzjoni li qatt qabel ma kien irregolarizza r-reprografija fl-iskejjel, u anki mill-industrija nnifisha li se tkun qed tieħu dak li jmissha mill-użu tal-kotba fl-iskejjel. Dan il-ftehim se jkun qed japplika għall-iskejjel pubbliċi kollha u anki għall-iskejjel tal-Knisja. Il-ftehim ma japplikax għall-iskejjel indipendenti u għall-Università ta’ Malta li huma obbligati legalment li jkollhom ftehimiet u arranġamenti mal-industrija tal-kotba. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana għax l-azzjoni u s-sapport ħabrieka tagħha għal dawn ir-riformi leġiżlattivi mressqa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb diġà kisbu r-rispett mill-imsieħba kollha tal-industrija. Fil-Ministru naraw persuna li kapaċi tieħu ħsieb din l-industrija u ħerqana naħdmu aktar magħha għall-ġid tal-imsieħba u l-pubbliku ġenerali. Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lis-Segretarju Permanenti Frank Fabri u d-Direttur tal-Finanzi tal-Ministeru Maria Galea li ħadu sehem fin-negozjati li wasslu għal dan il-ftehim tant importanti għar-rappreżentanti tal-industrija tal-kotba. SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More