Home / News / MBF2016 // Books and Literacy: Yesterday, Today and Tomorrow Back to News MBF2016 // Books and Literacy: Yesterday, Today and Tomorrow Festivals • Other 14th September, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy: Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. Kif jimplika t-titlu, il-konferenza ser tiffoka fuq kif il-kotba u l-litteriżmu jirrelataw ma xulxin fil-kuntest tal-iżvilupp storiku tal-pubblikazzjoni. B’mod partikolari, ser tesplora kif id-definizzjoni ta’ litteriżmu twessgħet fl-era tal-kibernetika biex tinkludi litteriżmu diġitali, viżwali u teknoloġiku. Il-konferenza għandha l-għan li tilħaq pubblikaturi, edukaturi, akkademiċi u kull min iħoss ġibda qawwija għall-kotba u l-għarfien. Ser issaqsi jekk aħniex nagħmlu biżżejjed sabiex ngħinu il-ġenerazzjoni ż-żgħira ssib triqtha qalb il-ħafna uċuħ tal-litteriżmu kumpless ta’ żminijietna. Fid-diskussjoni ser jieħdu sehem kelliema kemm Maltin kif ukoll barranin. ĦIN: IS-SIBT 12 ta’ NOVEMBRU 2016, 9:00 – 18:00 LINGWA: INGLIŻ POST: Sala Temi Zammit, MCC, Belt Valletta GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI: michelle.grima-duca@gov.mt PAĠNA FUQ FACEBOOK: https://www.facebook.com/events/1139434279436117/1145126225533589/?notif_t=like¬if_id=1472455769017628 IRREĠISTRA HAWN: https://goo.gl/forms/qmbAdgIpgGcSMS9f1 SHARE POST Related Articles Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More view all similar news
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More