Home / News / Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Back to News Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Inizjattivi • Other 23rd April, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb din il-ġimgħa se jiċċelebra il-Jum Internazzjonali tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur b’għadd ta’ attivitajiet immirati biex iħeġġu lill-pubbliku jitgħallem iktar dwar il-kultura lokali tal-ktieb u biex jippromwovu l-ktieb bħala mezz ta’ emanċipazzjoni intellettwali. Nhar il-Ħamis 27 April, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jieħu sehem f’Fest tal-Litteriżmu, imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, Kulleġġ San Nikola (Primarja) u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’programm varjat ta’ attivitajiet ta’ qari għall-istudenti tal-kulleġġ. L-Onor. Is-Sur Evarist Bartolo ser jidher ukoll bħala ambaxxatur tal-qari. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jagħti numru kbir ta’ kotba għat-tfal lill-iskola bħala donazzjoni. Ġiet imħejja ukoll attività ta’ qari li fih l-awtur John A. Bonello, wieħed mir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka fl-2016, se jaqra siltiet mill-ktieb rebbieħ tiegħu, “Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Kaz Manduca” għal studenti tal-ewwel klassi. Din l-inizjattiva hija waħda mill-ħafna passi li l-NBC qed jieħu sabiex jippromwovi l-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka ma’ qarrejja żgħażagħ bl-ideja li l-istudenti jkunu esposti għal letteratura ta’ kwalità għolja fi stadju bikri tal-edukazzjoni tagħhom. Fit-28 ta’ April, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jingħaqad ma’ Malta Libraries fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Libreriji b’donazzjoni ta’ kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Kemm kotba li ġew short-listed kif ukoll kotba rebbieħa mill-aħħar edizzjoni u dawk preċedenti tal-Premju Terramaxka huma parti mhux żgħira mid-donazzjoni. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jittama li dawn l-attivitajiet u donazzjonijiet se jkollhom l-effett mixtieq li jqanqlu l-interess għall-kotba u letteratura fil-qarrejja żgħar. Il-Jum Dinji tal-Ktieb ifakkarna fir-rwol tal-kotba u l-litteriżmu fl-iżvilupp intellettwali ta’ soċjetajiet madwar id-dinja. Huwa wkoll tifkira tal-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi. Il-KNK jaħdem ħafna biex idaħħal dan is-sens ta’ rispett fil-komunità lokali. Nixtiqulkom Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Dritt tal-Awtur mill-isbaħ! SHARE POST Related Articles Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More