Home / News / Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 4th October, 2016 L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn ra b’għajnejh il-waqa’ tar-regime kommunista, li tah materjal indispensabbli għall-ewwel rumanz tiegħu, The Last Hundred Years. Dan il-ktieb ser jiġi ppreżentat mill-kittieb f’avveniment speċjali maħsub għalih fil-Festival. Il-kittieb ser jidher ukoll f avveniment ieħor – il-konferenza fuq Letteratura u Totalitarjaniżmu, flimkien ma’ tliet mistiedna oħra. Patrick McGuinness huwa magħruf ukoll bħala akkademiku fil-qasam tal-letteratura Franċiża, fejn jispeċjalizza fil-poeżija simbolista. Qaleb għall-Ingliż ix-xogħolijiet ta’ Mallarmé, biċċa xogħol ta’ siwi kbir fl-istudju Ingliż tal-poeżija simbolista peress li kien diffiċli ferm qabel li wieħed isib traduzzjonijiet kredibbli tal-poeżiji ta’ Mallarmé. Ippubblika ukoll għadd ta’ ġabriet ta’ poeżiji. L-ewwel ġabra, The Canals of Mars dehret fl-2004. It-tieni waħda, 19th Century Blues, rebħet il-premju The Poetry Business Book and Pamphlet Competition 2006. L-aħħar ġabra ta’ poeżiji hija Jilted City b’sekwenza msemmija Blue Guide li titratta vjaġġi bil-ferrovija li McGuinness għamel bħala żagħżugħ fuq il-linja storika, la ligne 162, bejn Brussell u Lussemburgu. Membri tal-pubbliku ser ikunu jistgħu jiltaqgħu ma’ Patrick kemm fil-konferenza fuq il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Novembru fis-19:00, jew l-għada l-Ħamis 10 ta’ Novembru fis-19:00 fl-avveniment li ser isir f’ġieh il-kittieb fejn ser jiddiskuti r-rumanz tiegħu ma’ Dr James Corby u jwieġeb għall-mistoqsijiet mill-udjenza. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More