Home / News / Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 4th December, 2017 Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 għall-kotba ppubblikati fl-2016 se jiġi ċċelebrat din il-ġimgħa nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fil-Berġa ta’ Kastilja. Minn total ta’ 35 finalist f’sitt kategoriji, minbarra l-kategorija ta’ drama li fiha l-ebda xogħol ma kien magħżul, ir-rebbieħa f’kull kategorija se jiġu mħabbra u mistiedna, flimkien mal-pubblikatur tal-ktieb rebbieħ, biex jilqgħu il-premju. Iċ-ċerimonja ser iseħħ taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Il-Premju, li l-istorja tiegħu tmur lura għall-1971, jinkludi seba’ kategoriji b’kollox. Jinkludi wkoll premjijiet speċjali ta’ rikonoxximent, bħall-premju prestiġġjuż għal Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Il-Premju Terramaxka, li ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tiegħu ġiet iċċelebrata f’avveniment magħluq f’Dar il-Mediterran nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru, jippremja kotba għal tfal u adulti żgħar, filwaqt li l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa aktar orjentat lejn l-adulti bil-kategoriji ta’ poeżija, drama, traduzzjoni, riċerka bijografika u istoriografika, u riċerka ġenerali. Kważi l-kategoriji kollha kienu rappreżentati sew fil-lista tal-finalisti ta’ din is-sena, b’mod partikolari l-kategorija tar-rumanzi u ż-żewġ kategoriji ta’ riċerka. Fost l-awturi relattivament ġodda fil-lista tal-finalisti, insibu lil Jean Paul Borg b’ġabra ta’ stejjer qosra Mhux Nies u Lara Calleja b’ Lucy Min? Il-lista tal-finalisti tal-Premju ħarġet aktar kmieni din is-sena, f’Awwissu, u membri tal-pubbliku huma mħeġġa biex jaqraw b’attenzjoni din il-lista bħala indikatur affidabbli tal-aħjar letteratura ppubblikata fl-2016. Huwa wkoll interessanti li wieħed jinnota li l-lista ta’ finalisti fil-kategorija tar-rumanzi għandha numru rekord ta’ kotba miktuba minn nisa (3 mis-6 kontendenti huma nisa). Ir-riżultati se jitħabbru minnufih wara ċ-ċerimonja nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru bi stqarrija stampa li se tiġi ppubblikata fuq il-websajt u l-FB tal-KNK, kif ukoll fil-gazzetti lokali. SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More