Home / News / Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018 Back to News Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018 Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 17th August, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li l-bord tal-aġġudikazzjoni għall-edizzjoni tal-2018 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka se jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla sabiex il-membri jagħżlu l-finalisti fil-kategoriji differenti taż-żewġ premjijiet. Il-lista se tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Kunsill u fil-gazzetti lokali fil-ġimgħat ta’ wara. Il-kotba li jidhru fil-lista tal-finalisti jistgħu jitqiesu fost l-aqwa xogħlijiet letterarji ppubblikati lokalment fl-2017 u għalhekk għandhom ikunu ta’ interess kbir għall-pubbliku. Dawn il-kotba ser ikunu għall-bejgħ fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (7-11 ta’ Novembru, MCC, il-Belt Valletta). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru f’ċerimonja magħluqa waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Festival fis-6 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru aktar tard fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li se ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru fit-30 ta’ Novembru. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More