Home / News / Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Back to News Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 27th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar il-bidu ta’ programm ġdid tar-radju b’kollaborazzjoni ma’ Rachelle Deguara. Il-programm, bl-isem ta’ ‘Taħt Il-Qoxra’, huwa maħsub biex jippromwovi kittieba lokali, ix-xogħlijiet u l-ħsibijiet tagħhom. Rachelle Deguara, li hija studenta u kant-awtriċi, se tkun qed titkellem mal-mistiedna tagħha dwar diversi temi: il-kotba, il-letteratura, il-politika u ġrajjiet kurrenti. Il-programm, li jitla’ għall-ewwel darba dan il-Ħadd 1 ta’ Ottubru, se jixxandar kull ġimgħa nhar ta’ Ħadd fuq Radju Malta 1 fis-6:15 ta’ filgħaxija live. l-mistiedna tal-programm ta’ nhar il-Ħadd li ġej hija Leanne Ellul, il-kittieba tar-rumanz Gramma, wieħed mir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. L-aħħar pubblikazzjoni ta’ Ellul – traduzzjoni għall-Malti ta’ Gosto de Ti tal-kittieba Portugiża Fernanda Serrano, Inħobbok!, ġiet magħżula bħala finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (Terramaxka) fil-kategorija tat-Traduzzjoni: kotba għat-tfal (8-12). Bħala membru ta‘ Inizjamed, Ellul hija attiva ħafna fix-xena letterarja lokali u fl-2016 ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti. Segwi l-intervista live fuq Radju Malta 1 il-Ħadd 1 ta’ Ottubru fis-6:15 ta’ filgħaxija. Din hija opportunità kbira biex titgħallem aktar dwar ix-xena letterarja tagħna direttament mill-awturi infushom. L-episodji se jkunu disponibbli wkoll għat-tniżżil mill-paġna fuq Facebook u mis-sit tagħna. Tista’ ukoll issegwi l-programm billi żżur il-paġna tal-Kunsill fuq Soundcloud. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More