Home / News / Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 18th October, 2017 Il-poeta, kittieba u akkademika Ros Barber se tidher f’attività tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 fejn se titkellem ma’ James Corby, senior lecturer u kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, dwar il-kotba tagħha, kif ukoll dwar it-temi u l-ħsibijiet li jolqtuha bħala kittieba kontemporanja. Din l-attività ser iseħħ fis-Sala Sir Temi Zammit, MCC, il-Belt Valletta, nhar ta’ Sibt 11 ta’ Novembru f’nofsinhar. Barber hija l-kittieba magħrufa ta’ The Marlowe Papers, rumanz f’għamla ta’ poeżija li jirrakonta fl-ewwel persuna bijografija fittizja ta’ Christopher Marlowe bħala William Shakespeare. Fl-2013, The Marlowe Papers ingħata l-Premju Desmond Elliott, ingħata wkoll, flimkien ma’ ktieb ieħor, Author’s Club Best First Novel Award u ġie imniżżel fil-lista twila ta’ finalisti għall-Women’s Prize for fiction. It-tieni rumanz tagħha, Devotion, huwa imqiegħed f’xenarju futur fejn il-fundamentaliżmu reliġjuż wasal biex jiġi kklassifikat bħala forma ta’ mard mentali. Il-qarrej isegwi l-ħsibijiet ta’ Finlay Logan, psikologa li ġiet mitluba tivvaluta s-saħħa mentali ta’ mara żgħażugħa li splodiet bomba fuq karozza tal-linja u kkawżat il-mewt ta’ ħmistax-il adoloxxenti. Fl-istess ħin, Logan qed tibki l-mewt ta’ bintha f’inċident tat-traffiku. Barber tinseġ storja kommoventi ta’ luttu ma’ narrativa konvinċenti fuq ir-rwol tal-psikoloġija fil-medjazzjoni bejn ix-xjenza u r-reliġjon. Barber kitbet ukoll tliet kotba tal-poeżija. L-aktar reċenti, Material, kien Poetry Book Society Recommendation. Il-poeżiji tagħha dehru f’ħafna pubblikazzjonijiet u antoloġiji. Dawn jinkludu Poems of the Decade ta’ Faber u The Poems of Sex tal-Penguin. It-taħdita se tkun imżewwqa b’interventi ta’ qari ta’ siltiet mix-xogħol ta’ Barber – kemm proża kif ukoll poeżija. Fl-aħħar se jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet mal-kittieba u l-membri tal-pubbliku jkollhom l-opportunità li jixtru l-kotba ta’ Barber iffirmati mill-awtur. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More