Home / News / Sejħa għal Organizzatur Kulturali mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – ħatra ta’ 6 ġimgħat Back to News Sejħa għal Organizzatur Kulturali mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – ħatra ta’ 6 ġimgħat Festivals • Other 22nd September, 2021 Issa li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jinsab wara l-bieb, it-tim tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex biex jimpjega Organizzatur Kulturali. L-industrija tal-pubblikazzjoni kibret fl-aħħar snin u magħha kiber u sar aktar professjonali t-tim tal-KNK. Għalhekk bħalissa qed infittxu biex inkabbruh. Bil-ħidma tiegħek fil-KNK ikun qed ikollok iċ-ċans tagħmel differenza fl-industrija tal-kotba f’Malta li kulma jmur qed tikber, u allura tgħinha twieżen aħjar lill-imsieħba kollha li jiffurmawha. L-istaff tal-KNK jimpjega ħilietu biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u dejjiema ħalli s-sapport lill-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, it-tradutturi u l-edituri ma jonqosx. Għandna tim kapaċi li jikber billi nitgħallmu minn xulxin, minkejja li kulħadd hawnhekk beda bi rwoli żgħar. Qegħdin noffru ħatra ta’ sitt ġimgħat sabiex niġu megħjuna fil-preparazzjoni, il-loġistika, u l-organizzazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir bejn it-3 u s-7 ta’ Novembru. Inwiegħdu ambjent ta’ ħidma inklussiva u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Qegħdin infittxu kandidat jew kandidata li hija kommessa u għandha passjoni għal dax-xogħol, li tikber f’ambjent multikulturali, u li mħajra ġġib magħha ideat innovattivi, ħiliet u soluzzjonijiet. L-Organizzatur Kulturali se jkun qed jgħin fil-preparazzjoni, l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, jikkomunika mal-imsieħba u joffri daqqa t’id fix-xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. Din ħija ħatra ta’ sitt ġimgħat (40 siegħa fil-ġimgħa). X’inhu meħtieġ: ħila tajba fit-tħaddim tal-Microsoft Office u l-mezzi soċjali ħakma eċċellenti tal-Malti u l-Ingliż preferibbilment esperjenza minn qabel fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti liċenzja tas-sewqan ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19 numru tal-VAT Biex tapplika u tkun taf ukoll il-kundizzjonijiet tas-salarju ibgħat is-CV tiegħek u l-ittra dwarek lil Joe Debattista fuq joe.debattista@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta 28 ta’ Settembru 2021. L-intervisti jibdew l-Erbgħa 29 ta’ Settembru 2021. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More