Home / News / Sejħa għal Organizzatur Kulturali mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – ħatra ta’ 6 ġimgħat back to news Sejħa għal Organizzatur Kulturali mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – ħatra ta’ 6 ġimgħat Festivals • Other 22nd September, 2021 Issa li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jinsab wara l-bieb, it-tim tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex biex jimpjega Organizzatur Kulturali. L-industrija tal-pubblikazzjoni kibret fl-aħħar snin u magħha kiber u sar aktar professjonali t-tim tal-KNK. Għalhekk bħalissa qed infittxu biex inkabbruh. Bil-ħidma tiegħek fil-KNK ikun qed ikollok iċ-ċans tagħmel differenza fl-industrija tal-kotba f’Malta li kulma jmur qed tikber, u allura tgħinha twieżen aħjar lill-imsieħba kollha li jiffurmawha. L-istaff tal-KNK jimpjega ħilietu biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u dejjiema ħalli s-sapport lill-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, it-tradutturi u l-edituri ma jonqosx. Għandna tim kapaċi li jikber billi nitgħallmu minn xulxin, minkejja li kulħadd hawnhekk beda bi rwoli żgħar. Qegħdin noffru ħatra ta’ sitt ġimgħat sabiex niġu megħjuna fil-preparazzjoni, il-loġistika, u l-organizzazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir bejn it-3 u s-7 ta’ Novembru. Inwiegħdu ambjent ta’ ħidma inklussiva u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Qegħdin infittxu kandidat jew kandidata li hija kommessa u għandha passjoni għal dax-xogħol, li tikber f’ambjent multikulturali, u li mħajra ġġib magħha ideat innovattivi, ħiliet u soluzzjonijiet. L-Organizzatur Kulturali se jkun qed jgħin fil-preparazzjoni, l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, jikkomunika mal-imsieħba u joffri daqqa t’id fix-xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. Din ħija ħatra ta’ sitt ġimgħat (40 siegħa fil-ġimgħa). X’inhu meħtieġ: ħila tajba fit-tħaddim tal-Microsoft Office u l-mezzi soċjali ħakma eċċellenti tal-Malti u l-Ingliż preferibbilment esperjenza minn qabel fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti liċenzja tas-sewqan ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19 numru tal-VAT Biex tapplika u tkun taf ukoll il-kundizzjonijiet tas-salarju ibgħat is-CV tiegħek u l-ittra dwarek lil Joe Debattista fuq joe.debattista@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta 28 ta’ Settembru 2021. L-intervisti jibdew l-Erbgħa 29 ta’ Settembru 2021. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More