Home / News / Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Back to News Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 10th June, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qed iniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024, From Illustration to Book. Il-Festival u l-esebizzjoni se jittellgħu bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru 2024. Din se tkun it-tielet edizzjoni ta’ esebizzjoni dedikata għad-disinji u l-illustrazzjonijiet tal-kotba, u hija parti integrali mill-attivitajiet marbuta mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-esebizzjoni huwa li li sservi bħala vetrina għax-xogħlijiet tal-illustraturi u d-disinjaturi ewlenin tal-kotba f’Malta, waqt li tfakkar il-pijunieri f’dan il-qasam u tesebixxi s-sottomissjonijiet rebbieħa fis-sezzjoni tal-pubblikazzjoni magħżula għall-Illustration Annual 2024 tal-Malta Community of Illustrators. Din is-sena, l-esebizzjoni se tiftaħ il-bibien tagħha għal artisti minn madwar id-dinja, b’sezzjoni dedikata għall-illustrazzjoni internazzjonali. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-kollaborazzjoni strateġika bejn il-KNK u l-KMA li għandha l-għan li tippromwovi l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali biex tħeġġeġ, tgħin u tikkultiva l-iżviluppar ta’ ideat ġodda, u b’dan il-mod toħloq ambjent li jistimola l-ħsieb kreattiv u l-esplorazzjoni ta’ mogħdijiet ġodda fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali. Id f’id mal-motto tal-Festival, #dinjietjirrimaw, dan jinkludi l-aspetti kollha tal-professjonijiet kreattivi, il-promozzjoni tal-arti fil-forom varji tagħha, il-kollaborazzjoni bejn professjonisti kreattivi diversi u t-tweżin ta’ proġetti li jilmħu orizzonti ġodda u jimmirraw għall-eċċellenza. X’Qegħdin Infittxu Nistednuk biex tressaq illustrazzjonijiet u/jew disinji biex jiġu kkunsidrati għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 From Illustration to Book. Jiġu aċċettati dawn li ġejjin: il-qoxra finali tal-ktieb b’tipografija u illustrazzjoni; jew l-illustrazzjoni nnifsiha li hija parti mill-qoxra tal-ktieb iżda ppreżentata indipendentament mill-qoxra; jew illustrazzjoni mill-paġni ta’ ġewwa tal-ktieb bħala parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb; jew l-illustrazzjoni nnifisha li hija parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb imma ppreżentata indipendentament mill-ktieb; jew disinn grafiku ta’ qoxra ta’ ktieb ippubblikat jew tal-paġni ta’ ġewwa. L-applikant jista’ jressaq dan it-tip ta’ xogħol li diġà ġie ppubblikat jew li se jiġi ppubblikat sal-ġurnata tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (is-6 ta’ Novembru 2024): ‘ippubblikat’ jew ‘awtoppubblikat’; minn ktieb mitbugħ jew e-book; illustrazzjoni/disinn grafiku għal ktieb ippubblikat (b’ISBN Malti) minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza Maltija jew lil hinn; jew illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur Malti għal ktieb ippubblikat barra minn xtutna (b’ISBN barrani). jew illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza mhux Maltija (b’ISBN barrani). Jekk jogħġbok ressaq massimu ta’ tliet (3) xogħlijiet artistiċi f’formatt ta’ b’reżoluzzjoni għolja (fajl tat-tip pdf, jpg jew eps) b’dawn is-sottotitoli: ILLUSTRATUR ISEM TAX-XOGĦOL ARTISTIKU MEZZ DETTALJI TA’ KUNTATT (Instagram or other social media, website) TITLU TAL-KTIEB Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ din il-ħolqa, u fiha inkludi: ħolqa tax-xogħol artistiku tiegħek permezz ta’ WeTransfer, Dropbox, Google Drive link jew mezzi simili; is-CV tiegħek, u; bijonota ta’ bejn 20 u 30 kelma. Kull ħolqa għal Google Drive għandha jkollha aċċess mhux ristrett. Jekk possibbli, ibgħat skeċċ jew kampjun tax-xogħol artistiku tiegħek meta kien għadu mhux finalizzat jew fi stadu ta’ ppiċċjar, sabiex jidher f’sezzjoni speċjali fuq il-proċess ta’ ħsieb, pitching/kummissjonar u pubblikazzjoni. Se jintgħażlu massimu ta’ żewġ (2) illustrazzjonijiet u/jew disinji minn kull artist għall-esebizzjoni. L-illustrazzjonijiet magħżula se jkunu akkumpanjati mill-kopji tal-pubblikazzjoni korrispondenti. Aktar dettalji fil-formola tal-applikazzjoni. AGĦFAS HAWN BIEX TISSOTTOMETTI L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK Il-Proċess ta’ Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati minn kumitat immexxi mill-KNK u l-KMA skont it-tliet kriterji li ġejjin: L-idea u l-kuntest ⚙ Is-sengħa u t-teknika Il-kreattività u l-innovazzjoni Dati Importanti Sejħa Miftuħa: It-Tlieta, il-11 ta’ Ġunju 2024 Għeluq tas-sottomissjonijiet: It-Tnejn, il-15 ta’ Lulju 2024 f’nofsinhar Tħabbir tar-riżultati: Il-Ġimgħa, it-2 t’Awwissu 2024 Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt. SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More