Home / News / Sessjoni ta’ Qari minn Awturi Diversi – Festival tal-Ktieb fis-Sajf Back to News Sessjoni ta’ Qari minn Awturi Diversi – Festival tal-Ktieb fis-Sajf Festivals • Other 28th June, 2017 Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ, imtella’ kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ, jitlob lill-awturi jipproduċu rumanzi oriġinali ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma li jesploraw temi relatati mal-esperjenzi u l-għażliet li adulti żgħażagħ jiffaċċjaw f’dan l-istadju ta’ ħajjithom. L-aġġudikazzjoni tal-premju hija determinata minn ġurija li tipikament tinkludi awturi stabbiliti sew u kritiċi letterarji. Kemm il-Konkors kif ukoll ir-rebbieħa ċertament jixirqilhom aktar attenzjoni mill-midja u mill-pubbliku milli normalment jiksbu. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn ittieħdet id-deċiżjoni li l-ewwel ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf, fl-14 ta’ Lulju, tkun iddedikata għaż-żgħażagħ u l-letteratura. Bosta rebbieħa ta’ edizzjonijiet imgħoddija tal-Konkors se jipparteċipaw matul dan il-jum billi jaqraw siltiet mill-kotba rebbieħa tagħhom u jitkellmu mal-pubbliku fuq diversi temi relatati ma’ dan il-ġeneru partikolari u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-litteriżmu u l-qari fost iż-żgħażagħ. Rebbieħa tal-konkors li se tidher f’avveniment organizzat mill-NBC u Faraxa (Sessjonijiet ta’ Qari minn Awturi Diversi, 11:20) hija Rita Saliba, li rebħet il-premju fl-2015 b’xogħol letterarju kbir, Il-Kulur Tal-Lellux. Hija storja li tmiss il-qalb kif ukoll storja qalila fl-esplorazzjoni tagħha tat-temi ta’ ommijiet waħedhom, il-mewt ta’ qraba, suwiċidju, it-trawwim tat-tfal u l-ħarba mir-realtà, filwaqt li tevita dik l-ispeċi ta’ apatija fatalistika li għandha ħabta tikkaratterizza letteratura ta’ dan it-tip bħal In Search of Adam ta’ Caroline Smailes. L-istorja ddur ma’ Amber, tifla mrobbija minn omm waħedha f’żona residenzjali mitluqa. Id-deskrizzjoni tal-post tfakkrek mal-ewwel f’ċerti lokalitajiet il-Ħamrun, il-Marsa jew il-Qajjenza. Huwa ambjent iebes li ma jidherx li jagħti ħafna lok għall-ħolm u l-fantażija. Iżda mandankollu l-omm u t-tifla joħolmu. Joħolmu ħolm ta’ intensità kbira. Jilgħabu logħba fejn jimmaġinaw għadd ta’ għelieqi kemm jagħtuk għajnejk ta’ lellux – l-istess kulur bħall-għajn stramba ta’ Amber (każ ta’ heterochromia totali), lewn li Amber isostni li qatt ma setgħet tiddeskrivi. Il-qawwa tal-ħolm, madankollu, tinvolvi kompromess li l-kittieba tanalizza b’mod intelliġenti ħafna tul ir-rumanz kollu. Għadd ta’ kittieba oħra se jidhru matul is-sessjoni ta’ qari. Toni Aquilina se jaqra siltiet mill-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Il-Ġgant id-Dħuli, traduzzjoni għall-Malti ta’ The Friendly Giant ta’ Gladys Masters. Din il-parabola dwar l-inklużjoni soċjali tgħallem lit-tfal l-importanza li jilħqu lil dawk li jżommu l-bogħod minna minħabba xi preġudizzju. Aktar importanti, il-ħrafa tenfasizza l-ħtieġa għal sospensjoni reċiproka ta’ nuqqas ta’ fiduċja – il-Ġgant jieħu l-ewwel pass biex jilħaq lill-ġirien tiegħu. Ma tantx hemm bżonn li tiġi enfasizzata l-importanza tematika ta’ dan il-kunċett għax-xenarju soċjali attwali tagħna, minkejja l-fatt li Gladys Masters kitbet l-istorja fl-1943! It-traduttur verament jistħoqqlu tifħir talli għaraf ir-rilevanza ta’ dan ix-xogħol letterarju għas-soċjetà tagħna. Iż-żewġ awturi l-oħra li se jippreżentaw ix-xogħol tagħhom u jaqraw siltiet għall-pubbliku, it-tnejn kemm huma awturi bbażati f’Għawdex: Sarah Springham bit-triloġija divertenti the Cat Detectives of Gozo u Graham Bayes, li se jaqra mill-kotba tiegħu The Needles Gold Knitting, The Adventures of Joe Fenek u Octavius Moves House. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Faraxa jistiednu liż-żgħażagħ u l-familji biex jattendu din is-sessjoni ta’ qari u jkollhom l-opportunità li jitkellmu mal-kittieba, isiru jafuhom u jixtru l-kotba, li kollha se jkunu għall-bejgħ matul il-Festival. Toni Aquilina jaqra lil tfal tal-iskola waqt it-tnedija ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus f’April Rita Saliba u Roberta Bajada waqt iċ-ċerimonja tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2015 SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More