Home / News / Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 13th October, 2017 Mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hija poeta, kittieba u akkademika mill-Kuwajt, Shahd Alshammari. Alshammari se tkun qed titkellem ma’ Toni Aquilina f’attività mtella’ minn Faraxa f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-Activity Area (MCC) nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru, fis-6 ta’ filgħaxija. It-taħdita ser tiffoka prinċipalment fuq l-aħħar pubblikazzjoni tagħha, Notes on the Flesh, li ġiet ippubblikata s-sena li għaddiet minn Faraxa. Alshammari hija lettur u riċerkatur fil-Letteratura, id-Diżabilità u l-Istudji tan-Nisa fl-Università tal-Golf, il-Kuwajt. L-ewwel pubblikazzjoni tagħha On Love and Loss hija ġabra ta’ poeżiji li tieħu l-qarrej f’mumenti differenti fil-ħajja tal-poeta – kull poeżija għandha l-għamla ta’ titwila lejn mument li fassal il-mod kif il-kittieba tara r-relazzjonijiet umani. Hemm sens ta’ nuqqas ta’ lok fiss fil-ġabra, nuqqas li jnebbaħ il-vuċi tal-poeta hi u tanalizza b’mod kritiku l-konfini soċjali u personali li jħaddnu d-destin tal-bniedem. Notes on the Flesh, it-tieni pubblikazzjoni tagħha, hija ġabra ta’ stejjer qosra li jesploraw il-kumplessitajiet ta’ identità, imħabba u mard fil-Lvant Nofsani. Il-qasma bejn it-tradizzjoni u l-modernità, tant ċentrali għall-letteratura u l-politika Għarbija minn żmien iż-żjara famuża ta’ Al-Tahtawi f’Pariġi fl-1826, hija evalwata b’mod kritiku minn Alshammari fid-dawl ta’ imħabba adolexxenti, sagrifiċċji familjari u intimità. Karatteristika komuni għall-karattri kollha fl-istejjer hija s-sens ta’ falliment – it-telfa tal-battalja kontra n-narrativi patriarkali li jiddominaw ħafna mill-diskors politiku, reliġjuż u soċjali fil-Lvant Nofsani. Il-kritika impliċita, allura, tieħu l-forma ta’ qari reżistenti li jikkritika l-konsistenza u l-kredibilità ta’ dawk in-narrattivi preċiżament billi tagħtihom d-dominanza li jridu. Lejn tmiem l- attività, Alshammari se tieħu mistoqsijiet u kummenti mill-membri tal-udjenza. Aktar tard, fis-7 ta’ filgħaxija, il-kittieba se żżur l-stand ta’ Faraxa sabiex tiltaqa’ mal-qarrejja u tiffirma kopji tal-ktieb tagħha, li se jkun għall-bejgħ fl-istess istand. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More