Home / News / Taħt il-Qoxra: Alfred Buttigieg Back to News Taħt il-Qoxra: Alfred Buttigieg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 30th September, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Buttigieg. Mal-mistieden tkellimna dwar it-tematiċi differenti f’xogħlu, l-avangardiżmu ta’ Ateatru fit-tmeninijiet, l-influwenza ta’ drammaturgi bħal Samuel Beckett u Harold Pinter, l-esperjenza taċ-ċensura, il-kuntest storiku tad-dramm Ir-Rewwixta tal-Qassisin, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Alfred Buttigieg twieled fl-1956, u beda jippubblika fil-bidu tat-tmeninijiet. Kien kofundatur tal-grupp avangardista Ateatru, li twaqqaf fl-1981, u bejn l-2003 u l-2008 ifforma parti mill-kumitat ta’ ġestjoni tat-Teatru Manoel. Wara li ħareġ ħrafa għall-kbar Gezzu fl-1984, ippubblika l-ktejjeb ta’ riflessjonijiet minn perspettiva ta’ tarbija, Dik il-Qtajra, li kien ġie ċċensurat. Fl-1986 ittella’ d-dramm tiegħu Ir-Rewwixta tal-Qassisin, li kien qajjem diskussjoni minħabba l-isfond politiku ta’ Malta. Wara kważi 20 sena bdew jittellgħu drammi ġodda minn tiegħu, fosthom Ippermettili nitlaq, Dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi high speed, u aktar riċentament Mela hawn xi manikomju?. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More