Home / News / Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan Back to News Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 10th February, 2019 F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin. Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah f’xi poeżiji, u temi oħra. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Jonathan Balzan għandu 46 sena, studja s-Seminarju u kiseb diploma fil-Youth Studies mill-Università ta’ Malta. Rebaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija, tal-Għaqda Poeti Maltin, fl-2003. Fl-2013 ippubblika l-ewwel ġabra ta’ poeżiji, li għamlitha mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Poeżiji tiegħu dehru f’diversi antoloġiji u kotba ta’ kritika dwar il-poeti kontemporanji. Balzan kiseb diversi suċċessi fil-qasam tal-ġiri, kemm Malta kif ukoll barra, u ta’ dan kien ġie mogħti l-Premju Onorifiċenza mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Dilettant tal-presepji u s-safar. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More view all similar news
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More