Home / News / Taħt il-Qoxra – L-Impenn Letterarju Ambjentali ma’ Wayne Flask u Lara Calleja Back to News Taħt il-Qoxra – L-Impenn Letterarju Ambjentali ma’ Wayne Flask u Lara Calleja Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 11th April, 2021 F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra nitkellmu ma’ Wayne Flask u Lara Calleja, żewġ kittieba u attivisti, li fost l-oħrajn bħalissa għaddejjin bl-azzjoni tagħhom kontra l-bini ta’ triq fl-għelieqi f’Ħad-Dingli. X’inhuma r-rabtiet tal-kitba u l-letteratura mal-preokuppazzjonijiet ambjentali? X’inhu l-obbligu ta’ kittieb? X’jixtiequ jaraw li jinbidel? Tistgħu ssegwu did-diskussjoni fl-istess ħin u ġurnata fuq Radju Malta, minn fuq Youtube tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jew il-paġna ta’ Facebook. Sadanittant, tistgħu tixtru l-kotba ta’ Wayne Flask u Lara Calleja mingħand Merlin Publishers. Lara Calleja hija r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti fl-2020. Hija l-awtriċi ta Lucy Min? (2017), u l-ġabra ta’ stejjer qosra Kissirtu Kullimkien (2020). Din is-sena se tiddebutta l-ewwel dramm tagħha Taralalla fi Spazju Kreattiv. Wayne Flask huwa membru tal-Moviment Graffitti. Iddebutta bit-teatru b’Sibna ż-Żejt (2015), dramm satiriku għal Staġun Teatru Malti, dirett minn Sean Buhagiar. Ir-rumanz tiegħu Kapitali (Merlin Publishers), b’vena satirika dwar il-qagħda duwalistika tal-politika f’Malta, ġie ppubblikat fl-2017. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=_xyUOsEg2Gw[/embedyt] SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More