Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More