Home / News / Taħt il-Qoxra: Simon Bartolo Back to News Taħt il-Qoxra: Simon Bartolo Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 13th January, 2019 F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simon Bartolo dwar il-kotba li kiteb, fosthom it-triloġija Il-Fiddien ma’ Loranne Vella, is-suq tal-fantaxjenza f’Malta u l-letteratura għaż-żgħażagħ. Il-mistieden tkellem dwar it-triloġija Il-Fiddien, li għadha l-aqwa bestseller f’Malta u kif din fetħet triq għall-ġeneru tal-fantaxjenza f’Malta. Skont l-awtur, l-aktar ħaġa li ħalliet impatt fuq il-qarrej kienet il-lingwa użata fit-triloġija, li appellat għat-tfal. Bartolo tkellem dwar il-letteratura għaż-żgħażagħ, x’letteratura għandha tiġi pprovduta għalihom, u jaħsibx li l-ġeneru tar-rumanz għaż-żgħażagħ qigħedx isir ħaġa waħda ma’ dak tal-kbar, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Simon Bartolo huwa wieħed miż-żewġ kittieba ta’ Sqaq l-Infern u l-bqija tal-kotba fit-triloġija Il-Fiddien li kiteb ma’ Loranne Vella. Rebaħ għadd ta’ premijiet b’dawn il-kotba, u b’kotba oħra bħal Kliem ir-Riħ, Deformity u Kważi kważi lil Tamara nżommuha. Dis-sena ħareġ il-ktieb A seat at the table. Il-produzzjoni teatrali tiegħu tal-2016, Ħabbilni ħa nirbaħ, dis-sena ġiet addattata għall-film. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More