Home / News / Tixtieq taħdem mal-Wikipedija? Il-KNK u l-Wikimedia Community Malta jniedu kollaborazzjoni ġdida Back to News Tixtieq taħdem mal-Wikipedija? Il-KNK u l-Wikimedia Community Malta jniedu kollaborazzjoni ġdida Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 23rd October, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar kollaborazzjoni ġdida mal-Wikimedia Community Malta (WCM) sabiex għall-ewwel darba fl-istorja jkollna l-lista sħiħa tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kollha fuq il-Wikipedija. Din l-inizjattiva timmarka punt importanti għall-promozzjoni tal-eċċellenza letterarja lokali tul iż-żminijiet, kif ukoll okkażjoni biex tiżdied il-viżibbiltà tal-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija. Iż-żewġ entitajiet se jkunu qed jimmiraw li jilħqu lill-pubbliku ġenerali, l-istudenti u l-ħabbieba tal-letteratura li huma interessati sabiex bis-sehem tagħhom jarrikkixxu lill-Wikipedija b’tagħrif dwar il-kotba Maltin, speċifikament bir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sa mill-bidu tiegħu fl-1971. B’dil-ħidma tiegħu mad-WCM, il-KNK qed jikkontribwixxi notevolment għal database strutturata tal-letteratura Maltija, u qed jipprovdi wkoll pjattaforma għall-pubbliku li jixtieq jipparteċipa biex il-wirt letterarju għani tagħna jkun ippreservat. WCM se jappuntaw kordinatur li xogħlu se jkun li jara li l-proġett jimxi. Il-kordinatur se jkun imwieżen minn voluntiera li jassistuh jiżviluppa l-proġett. L-irwol tal-kordinatur se jkun bi ħlas xieraq, sabiex il-proġett ikun attwat b’mod effiċjenti u bi preċiżjoni. Il-voluntiera – li wħud minnhom jaf jkunu studenti postsekondarji jew universitarji, ħabbieba tal-letteratura, storiċi jew persuni midħla tal-industrija lokali tal-pubblikazzjoni – se jkunu l-irwol strumentali li jiġbru u jimlew bl-informazzjoni din l-akbar enċiklopedija online. Dan il-proġett jista’ jolqot l-attenzjoni ta’ diversi gruppi, fosthom studenti li jinteressawhom il-premji letterarji u l-istorja Maltija, nies li jħobbu l-kotba tal-Melitensia, u oħrajn li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar ix-xena letterarja Maltija. Il-proġett huwa ċans uniku sabiex titgħallem kif taħdem il-Wikipedija, tosserva x’inhu jiġri fl-industrija, u tikkontribwixxi għal-legat diġitali online, li kif nafu ma jieqaf qatt. Tixtieq tkun taf aktar dwar dan? Il-KNK u d-WCM jistednuk tattendi s-serje ta’ attivitajiet li se jtellgħu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Fost l-oħrajn: Edit-a-Tona għall-pubbliku ġenerali: Tgħallem kif tista’ tikkontribwixxi f’dil-paġna ġdida tal-Wikipedija ddedikata għar-rebbieħa kollha tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Għal aktar informazzjoni żur dil-ħolqa. Sessjoni informattiva għal studenti postsekondarji: Sir af dwar il-proċess biex teditja fil-Wikipedija, u kif tagħti sehmek fil-proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Għal aktar informazzjoni żur dil-ħolqa. Ibqgħu segwuna għal informazzjoni ġdida dwar il-‘Wikimedian in Residence’! SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More