Home / News / Toħroġ il-formola tal-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Toħroġ il-formola tal-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 11th May, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jridu jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, li se jittella’ bejn nhar l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali (MFCC). L-użu tal-MFCC, li huwa l-akbar post f’Malta fejn isiru l-konferenzi u l-esebizzjonijiet, ifisser titijib f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet loġistiċi tal-imsieħba u l-viżitaturi tagħna, fosthom l-aċċessibiltà u l-parkeġġ. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar ċelebrazzjoni prestiġġjuża tal-kotba f’Malta. Organizzat f’dan iż-żmien partikulari tas-sena, il-Festival jattira ħafna nies u numru ta’ esebituri li kulma jmur jikber. Minbarra s-servizzi lill-esebituri u lill-pubbliku, dan l-avveniment joffri lok tajjeb għall-professjonisti fl-industrija tal-kotba biex jiltaqgħu u jitkellmu. L-applikazzjoni, bir-regolamenti, il-proviżjonijiet u l-prezzijiet aġġornati, hija miftuħa għall-pubblikaturi lokali u internazzjonali kollha, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba, aġenziji tal-kotba u kittieba awtoppubblikati. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. L-istands kollha se jkunu ssussidjati b’75% mill-KNK. Sabiex issir aktar promozzjoni tal-Festival, il-KNK qed jerġa’ joffri l-iskema ta’ rifużjoni lill-esebituri. Il-promozzjoni għandha ssir b’mod li tilħaq kemm jista’ jkun firxa wiesgħa tal-pubbliku u ssir bi spirtu li l-esebituri jgħinu lil esebituri oħra biex jilħqu kemm jista’ jkun nies. Qed nirreferu għall-promozzjoni tal-Festival innifsu, l-avvenimenti u l-kotba tal-esebituri, u/jew il-parteċipazzjoni nnifisha tal-esebitur bis-saħħa ta’ reklami jew avviżi fl-istampa lokali jew tagħrif promozzjonali ibbuwstjat fuq il-mezzi soċjali. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata (jekk hemm) ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Ġentilment ninfurmaw li dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. L-applikanti mistennija jaqraw bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw. Preferibbilment, l-applikazzjoni timtela online mis-sit tal-KNK, inkella tintbagħat bil-posta sat-Tnejn, 12 ta’ Ġunju 2023, waqt li l-ħlas jenħtieġ li jsir sat-30 ta’ Ġunju. Dawk l-esebituri li jippreferu jibagħtu l-formola bil-posta, mitluba jibagħtuha f’dan l-indirizz: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kumpless Bice Mizzi Vassallo Triq Arnhem Pembroke PBK1776 Żur is-sit jew il-paġna Facebook tal-KNK għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibbiltà biex tipparteċipa bħala esebitur jekk jogħġbok kellem lil Matthew Borg jew lil Andrew Ricca. SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More