Home / News / Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th August, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar l-ingaġġ ta’ żewġ impjegati ġodda fi ħdan it-tim tiegħu: Jasmine Bajada u Teodor Reljić. Jasmine Bajada se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ manager, u fost l-oħrajn se tkun qed taħdem mal-bqija tat-tim fl-organizzazzjoni tal-avvenimenti, il-konkorsi, il-fondi, u l-inizjattivi ewlenin li l-KNK ikollu ta’ kull sena. Bajada studjat l-Ingliż u l-Malti fl-Università ta’ Malta u kisbet Maġisteru fil-letteratura u l-kritika Ingliża. Matul l-aħħar sentejn, ħadmet bħala riċerkatriċi u lettriċi fi ħdan l-istess università. L-esejs kritiċi u r-reċensjonijiet tagħha dehru f’diversi rivisti internazzjonali fosthom Fourth Genre u CounterText. Tikteb ukoll poeżiji bil-Malti u l-aħħar xogħol tagħha ġie ppubblikat f’Modern Poetry in Translation. Teodor Reljić se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ manager tal-marketing, u fost l-oħrajn se jkun qed jgħin lill-KNK fir-relazzjonijiet pubbliċi u jmexxi l-kampanji tal-marketing tad-diversi avvenimenti, konkorsi, fondi u inizjattivi tal-Kunsill. Reljić ħadem bħala ġurnalist freelance u kittieb tal-kontenut bejn l-2016 u l-2020, u wara serva bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni fil-UNHCR Malta sa Awwissu 2023. Stabbilixxa ruħu bħala ġurnalist kulturali ewlieni wara li beda jaħdem mal-ġurnal MaltaToday, fejn serva wkoll bħala kritiku tal-films. Huwa wkoll l-awtur ta’ rumanz, u serje ta’ komiks, kif ukoll kiteb l-iskript ta’ films u films qosra f’Malta. Il-KNK ħerqan biex jibda jaħdem ma’ dawn iż-żewġ impjegati ġodda, li issa huma parti minn tim li kulma jmur qed jikber sabiex joffri servizz aħjar lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More