Home / News / Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba Back to News Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 8th August, 2019 Wara laqgħat ta’ konsultazzjoni estensivi li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu mal-awturi lokali aktar kmieni dis-sena, issa wasalna fil-punt li nippreżentaw l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba bil-għan li niggarantixxu d-drittijiet ekonomiċi bażiċi u minimi għall-kittieba u l-awturi f’Malta. Dan huwa l-ewwel pass għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Diġitali. Bħala awtur ta’ ktieb jew kotba ppubblikati, il-KNK qed jistiednek tissapportja din l-inizjattiva u jintefa’ vot dwar l-abbozz imsemmi, waqt Kungress Nazzjonali tal-Kittieba li se jitlaqqa’ nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru fl-10am, fil-Grand Hotel Excelsior il-Furjana, Triq l-Assedju l-Kbir. Dan hu avveniment tal-ewwel tip tiegħu, fejn se jkollok l-awturi kollha jiltaqgħu flimkien biex jaħdmu favur id-drittijiet ekonomiċi tagħhom, fosthom id-dritt li jitħallsu b’mod ġust ta’ xogħolhom, u għalhekk inti mħeġġeġ biex tattendi għal dan l-avveniment storiku. Biex tipparteċipa f’dan il-Kungress trid tirreġistra, u biex tagħmel dan wieġeb lura fuq dan l-imejl b’ismek u n-numru tal-Karta tal-Identità. Il-Kunsill jinfurmak li rċieva l-imejl tiegħek. Kull kittieb li jinsab fil-lista tal-Jeddijiet tas-Self Pubbbliku (PLR) huwa awtomatikament eliġibbli biex jivvota, u min mhuwiex f’dil-lista wkoll se jkollu vot, biss irid jipprovdi n-numru tal-ISBN ta’ mqar wieħed mill-kotba tiegħu jew tagħha. Din l-informazzjoni tista’ tintbagħtilna mal-informazzjoni biex tirreġistra mitluba hawn fuq. Il-kittieba li jirreġistraw għandhom id-dritt li jippreżentaw mozzjonijiet lill-Kungress. Dan jista’ jsir sa tlitt ijiem qabel il-Kungress, jiġifieri sal-Erbgħa 11 ta’ Settembru, bil-miktub lil Andrew Ricca, jew b’imejl fuq andrew.ricca@ktieb.org.mt jew bil-posta f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Prof. Joseph J. Mangion, il-Furjana, FRN 1800. Wara l-Kungress ikun hemm riċeviment. Tista’ taċċessa l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More