Home / News / Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Back to News Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Inizjattivi • Other 3rd May, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif ippubblika tender pubbliku għas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing (jinkludi r-riċerka tas-suq) ibbażat fuq l-istrateġija tiegħu. Id-dettalji tat-tender jistgħu jiġu aċċessati minn fuq is-sistema elettronika tal-akkwisti pubbliċi (ePPS). Il-KNK iżomm kuntatt kontinwu mal-pubbliku bil-għan li jippromwovi l-letteratura Maltija lokalment u internazzjonalment, u billi jipprovdi servizzi varji lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Jinforma regolarment lill-pubbliku dwar il-proġetti u l-inizjattivi ewlenin tiegħu (il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Fond Malti tal-Ktieb, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, eċċ.), u jmexxi kampanji ta’ marketing b’element viżiv b’saħħtu mmirati lejn id-diversi wċuh tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk il-KNK qed ifittex li jingaġġa lil xi ħadd li jipprovdi s-servizzi tal-marketing sabiex jiżviluppa u jimplimenta kampanji effettivi li jirfdu u jippromwovu l-fondi, proġetti u inizjattivi tal-KNK. Il-fornitur tas-servizz ikun mistenni li joħroġ b’kampanji li jippreċedu l-proġett u b’inizjattivi li jtulu s-sena kollha. Il-kumpanija li tieħu l-kuntratt mistennija tħejji d-disinji artistiċi u diġitali neċessarji li jikkorrispondu mal-kampanja li tkun. L-Espert tad-Disinn Grafiku mistenni jaħdem fuq skeda flessibbli matul il-ġimgħa li tkun tirrifletti x-xogħol meħtieġ fuq bażi ta’ ġimgħa jew xahar skont il-Pjan t’Azzjoni pprovdut, filwaqt li l-Kordinatur tal-Marketing u d-Disinn mistenni jaħdem mill-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq bażi full-time flessibbli sabiex jikkordina strateġiji relatati mad-ditta, id-disinn u l-marketing tal-entità, kif ukoll jieħu ħsieb xi xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. L-informazzjoni kollha tista’ ssibha fuq https://www.etenders.gov.mt SHARE POST Related Articles Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More