Home / News / Kwarta Ktieb – podcast letterarju Back to News Kwarta Ktieb – podcast letterarju Other 25th June, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta Kwarta Ktieb, podcast letterarju ġdid b’qari minn uħud mill-aktar kotba maħbubin f’Malta. Mil-lum tista’ tisma’ qari ta’ 15-il minuta ta’ siltiet minn rumanzi, novelli u poeżiji ppubblikati lokalment, moqrija minn firxa ta’ awturi u personalitajiet attivi fis-settur tal-arti. F’din l-ewwel serje ħejjejna antoloġija ta’ qari minn xogħlijiet letterarji varji li jkopru kważi seklu ta’ letteratura Maltija, fosthom kitbiet klassiċi bħas-satira soċjopolitika Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo, poeżiji ta’ Doreen Micallef, u kotba li kisru r-rekords tal-bejgħ f’dawn l-aħħar għaxar snin, fosthom What Happens in Brussels Stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno, u l-ktieb rebbieħ ta’ diversi premji letterarji ta’ Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben). Kull episodju huwa maħsub biex jipprovdi lis-semmiegħa bi skoperti ġodda jew li jittrasporta lill-qarrejja lura lejn id-dinjiet favoriti tagħhom permezz tal-ilħna tal-qarrejja mistiedna fosthom dawk ta’ Antonella Axisa, Loranne Vella, Kenneth Scicluna u Mikhail Basmadjian. Tistgħu ssibu l-episodji kollha fuq is-sit ta’ MaltaToday u l-pjattaforma Anchor. Kwarta Ktieb hija l-aħħar inizjattiva mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb immirata biex tkompli tippromwovi l-letteratura Maltija ma’ udjenzi lokali. Dawn il-poddati qed jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Episodju 1 Mikhail Basmadjian jaqra minn Fl-isem tal-Missier (u tal-Iben) (KKM, 2010) ta’ Immanuel Mifsud Episodju 2 Sharon Bezzina taqra ‘Jelly Babies’ minn Il-Linja l-Ħadra (Merlin Publishers, 2007) ta’ Clare Azzopardi Episodju 3 Kenneth Scicluna jaqra minn Erbgħin Jum ta’ Antoine Cassar (EDE Books, 2017) Episodju 4 Sab Mulligan taqra ‘I went to see her’ minn Having Said Goodnight ta’ Pierre J. Mejlak (Merlin Publishers, 2015) Episodju 5 Mark Vella jaqra minn Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo (SKS, 2013) Episodju 6 Nadia Mifsud Mutschler taqra minn De Profundis ta’ Doreen Micallef (Klabb Kotba Maltin, 1979) Episodju 7 Antonella Axisa u Mikhail Basmadjian jaqraw minn Fil-Parlament ma jikbrux Fjuri ta’ Oliver Friggieri (Bugelli Publications, 1985) Episodju 8 Rachelle Deguara taqra minn Amina ta’ Antoinette Borg (Merlin Publishers, 2018) Episodju 9 Steve Hili jaqra minn What Happens in Brussels Stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno (Merlin Publishers, 2013) Episodju 10 Loranne Vella taqra minn Il-Manifest tal-Killer ta’ Karl Schembri (Choppy Books, 2006) SHARE POST Related Articles Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More view all similar news
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More