Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024, għal kotba ppubblikati fl-2023. Din hija s-47 edizzjoni ta’ dan il-Premju, l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi ta’ kotba ppubblikati f’Malta.

Ir-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni jitħabbru f’ċerimonja speċjali nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, u wara jkunu promossi mill-KNK sakemm jasal il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru fl-MFCC.

Id-49 ktieb li kisbu post fil-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 intgħażlu b’mod unanimu minn bord ta’ aġġudikaturi indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Minn dawn, 49 huma mifruxa fost tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 22 huma mifruxa fost sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka. Fost l-oħrajn, insibu 10 pubblikaturi u 27 awtur u traduttur differenti li kkontribwixxew f’dawn il-kotba. Disa’ illustraturi sebbħu l-kotba finalisti fil-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Ir-regolamenti ta’ din l-edizzjoni talbu lill-aġġudikanti jagħżlu sa massimu ta’ 5 kotba minn kull kategorija.

Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ dis-sena kienu r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjonijiet, ir-Riċerka Ġenerali u r-Riċerka Storjografika. Fit-Terramaxka kien hemm il-Kotba tal-Istampi għat-Tfal (etajiet 0-7), Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12-il sena), Kotba għaż-Żgħażagħ, kif ukoll l-istess kategoriji għat-traduzzjonijiet, jiġifieri Kotba tal-Istampi għat-Tfal maqlubin għall-Malti (etajiet 0-7), Kotba għat-Tfal maqlubin għall-Malti (etajiet 8-12-il sena) u Kotba għaż-Żgħażagħ maqlubin għall-Malti.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda fi Frar bil-pubblikazzjoni tal-lista t-twila, u sat-tieni ta’ April kienu daħlu 173 ktieb eliġibbli biex jikkonkorru għal din l-edizzjoni.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni dis-sena ddeċieda li ma jagħtix lista ta’ finalisti fil-kategorija tar-rumanzi. Din l-għażla saret bil-ħsieb li l-integrità tal-Premju tibqa’ b’saħħitha, u anki sabiex jibqa’ jkun assigurat li l-ogħla merti letterarji jkunu ppremjati. L-aġġudikanti kkummentaw li minkejja li bosta mis-sottomissjonijiet f’dil-kategorija kienu mirfuda minn riċerka rigoruża, il-kwalità letterarja b’mod ġenerali ma laħqitx dak li hu mistenni minn rikonoxximent nazzjonali.

Wara deliberazzjoni li ħadet fit-tul, il-bord qabel li r-riga tal-eċċellenza letterarja għandha dejjem tibqa’ dik li tiggwidahom f’xogħolhom u dik li tistabbilixxi l-eċċellenza letterarja f’Malta. Fid-dawl tal-kummenti tagħhom, issuġġerew li l-KNK joħroġ b’inizjattivi sabiex iwieżen lill-awturi jirfinaw is-sengħa tagħhom, fosthom b’masterclasses li jaf jagħtu l-ispinta meħtieġa biex kittieb jagħmel dak il-pass minn letteratura popolari għal waħda b’merti letterarji u estetiċi.

Mill-banda l-oħra, l-aġġudikanti enfasizzaw il-kwalità għolja fil-kotba tar-riċerka, li kollettivament ittrattaw temi varji u laqqgħu pubblikatiri differenti. Il-kategorija tal-poeżija kienet ikkumbattuta tant li qajmet diskussjonijiet twal qalb l-aġġudikanti sabiex jaslu għall-finalisti minn fost poeti kollha stabbiliti. Il-kategorija tat-traduzzjonijiet esponiet xogħlijiet b’rilevanza kulturali sinjifikanti u sforzi impressjonanti fis-sengħa tat-traduzzjoni. Fil-kategoriji tat-Terramaxka spikkaw l-illustrazzjonijiet eċċellenti li wieżnu narrattivi miktuba bi ħsieb.

Eventwalment, kull ktieb li se jintgħażel bħala rebbieħ ikun irid iġib minn tal-inqas 90 marka li jassiguraw li ntlaħaq livell letterarju, kulturali u akkademiku għoli, fost l-oħrajn.

Il-premju monetarju għal kull rebbieħ huwa ta’ €4,000, bl-eċċezzjoni tal-kotba tradotti fil-kategoriji tat-Terramaxka, li jingħataw €2,000. Il-pubblikatur ta’ kull ktieb rebbieħ jingħata €1,000.

Il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024 issibuhom kollha fil-ħwienet tal-kotba u online, u se jkunu disponibbli wkoll mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru l-MFCC.

Għal aktar dettalji dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-inizjattivi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, żur ktieb.org.mt jew is-sit Facebook tagħna.

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024

Rumanzi

Ma ntgħażlux finalisti

Novelli

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Moffa u Rakkonti OħraAlfred SantQuinque
SjestaTrevor ŻahraMerlin Publishers

Poeżija

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
The BellMaria Grech GanadoKotba Calleja
Għażiż ĠismiImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin
Daħlet ix-Xilep: Kontralimerikki tal-PandemijaAdrian GrimaKlabb Kotba Maltin

Letteratura Tradotta

Titlu tal-ktieb
Book title
Traduttur
Translator
Pubblikatur
Publisher
Il-Frammenti ta' Saffo (Saffo)Warren BartoloEde Books
Dar fil-Limbu (Mary Calafato)Kit AzzopardiKlabb Kotba Maltin
Fjura tas-Sabbara, Fjura tax-Xadina (Irene Chias)Mark VellaKlabb Kotba Maltin

Letteratura mhux Fittizja

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Fejjaqtni Int: Rużar Briffa – u JienPaul P. BorgAwtoppubblikat / Self-published
Minn Marsa għal Marsa: Stejjer mit-TuneżijaClare Azzopardi, Katel Delia, Leanne EllulL-Ambaxxata ta' Malta fit-Tuneżija
Bilkemm Jitwemmnu!: Stejjer Veri ta' Nies minn kull Rokna ta' Malta u Għawdex (L-Ewwel Volum)George CremonaMerlin Publishers
Staying On in MaltaPaul HeywoodMidsea Books Ltd

Riċerka

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Pilatus: A Laundromat Bank in EuropeRobert AquilinaMidsea Books
Reforming Malta's Media SystemJoseph Borg, Therese Comodini CachiaMidsea Books
Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami: Studju dwar id-Diskors u l-Kelma UżataJames Aaron EllulKlabb Kotba Maltin
Karattri tal-Fantasija MaltinĠużi GattKlabb Kotba Maltin
Vincenzo Bonello: His Legacy in HeritageTheresa Vella (ed.)Kite Group

Riċerka Storjografika

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Jacques François de Chambray: The Order he Served, The Island he Loved, and the Fort He BuiltJoseph SciclunaKite Group
Health, Plague, and Society in Early Modern MaltaCarmel CassarKite Group
28 April 1958: Mintoff and the National InterestJoseph M. PirottaMidsea Books
Breaking the Law in Nineteenth-Century Malta: An Analysis of the Criminal Court Records 1838-1888Evelyn PullicinoMidsea Books
At the Margins: Children, Petty Criminals, Suicides and Others in 19th Century Malta and BeyondMichael RefaloKite Group

Finalisti tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2024

Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Il-Praspar ta' Orsettu: Il-Logħba VirtwaliSara Abela; Matt Stroud (ill.)BDL Publishing
Rola n-Nannakola VjolaRamona Attard; Naomi Gatt (ill.)Awtoppubblikat / Self-published
M għal MaltaNaomi GattMerlin Publishers Ltd
Madame Ortensja Paskwalina De RohanClare Azzopardi; Moira Scicluna Zahra (ill.)Merlin Publishers Ltd
Nina n-Nokkla u l-Kamaleonte tal-ĠnienNadia Abdilla; Elisa Chetcuti (ill.)Klabb Kotba Maltin

Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12-il sena)

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Ir-Rigal tar-Re RicardoJanet Mallia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
Il-Każ tal-Kappell IkkalibratLeanne Ellul; Marisa Attard (ill.)Merlin Publishers Ltd
ŻrabenTrevor ŻahraMerlin Publishers Ltd
Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ PegasusJohn A. Bonello; Francesca Grech (ill.)Merlin Publishers Ltd
Meta r-Ramel Sar BluDenise MuscatHorizons

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Min Tiela' u Min Nieżel: Ġabra ta' NovelliMarie Louise Ellul; Kite Group (ill.)Kite Group
The Maltaverians: Konnessjoni Inkredibbli tal-Imħuħ (Ħarġa 2) / An Amazing Touch of Minds (Issue 2)Martin G. Debattista; Robert Caruana (ill.)Malta Digital Innovation Authority
Iż-Żmien Kurjuż taż-ŻgħożijaClare Azzopardi, Glen Calleja (edi / eds)Aġenzija Żgħażagħ
Danika Tiddeċiedi: Rumanz għaż-ŻgħażagħCharles CashaKlabb Kotba Maltin
The Summer of the Great StormCharles EynaudMidsea Books

Kotba maqlubin għall-Malti (etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb
Book title
Traduttur
Translator
Pubblikatur
Publisher
Oħlom X'Se Ssir (Joseph T. Garcia; Kimberley Barnes ill.)Karl SciclunaBDL Publishing
L-Istorja ta' Peter il-Fenek (Beatrix Potter)Terence PortelliHorizons
Iddeverti Kemm Tiflaħ, Binti! (Mandy Archer; Shane Crampton ill.)Janet MalliaBDL Publishing
Din Xi Pjaneta Hi? (Eduarda Lima)Rachel PortelliMerlin Publishers
Lupu Lupettu Jsir il-Mexxej tal-Foresta (Orianne Lallemand; Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers

Kotba maqlubin għall-Malti (etajiet 8-12-il sena)

Titlu tal-ktieb
Book title
Traduttur
Translator
Pubblikatur
Publisher
It-Taħriġ tal-Pappagall (Rabindranath Tagore; Shokofeh Ghafari ill.)Terence PortelliHorizons
L-Awdaċi Detektiv Eda Fostna: Il-Ħallelin tal-Mobajls (Yilmaz Yeşildaš; Betül Gönüllü ill.)John A. BonelloFaraxa Publishing
Maskra Ħamra: Sensiela Kif Issir Supereroj 2 (Elias Våhlund; Agnes Våhlund ill.)Antoinette BorgMerlin Publishers
Tifkira ta' Milied (Truman Capote; Beth Peck ill.)Ludvic Azzopardi FerrandoMerlin Publishers
Il-Ħaġar li Jweswes: Sensiela Għanjet il-Lupu (Saviour Pirott; Davide Ortu ill.)Noel TantiKlabb Kotba Maltin

Letteratura għaż-Żgħażagħ maqluba għall-Malti

Titlu tal-ktieb
Book title
Traduttur
Translator
Pubblikatur
Publisher
Fake ta' Veru (Nereida Carrillo; Alberto Montt ill.)David AloisioMerlin Publishers Ltd
Aqla' Kjass!: Disa' Stejjer ta' Sfida (Il Castoro ed.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Ltd

Share Article