Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018


Is-sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018 għal kotba ppubblikati fl-2017 ġew eżaminati mill-bord ta’ aġġudikazzjoni u mpoġġija fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Dan huwa l-ewwel pass fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni. Fix-xhur li ġejjin, membri tal-bord se jkunu qed jaqraw il-kotba sabiex jagħżlu numru minnhom bħala l-finalisti tal-Premju Nazzjonali u Terramaxka. Il-lista tal-finalisti tkun imxandra kemm fuq is-siti elettroniċi tal-Kunsill, kif ukoll f’għadd ta’ gazzetti lokali.
Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru fis-6 ta’ Novembru fiċ-ċerimonja ta’ premazzjoni waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru iktar tard f’Diċembru fiċ-ċerimonja ta’ premazzjoni f’Auberge de Castille taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Il-lista tas-sottomissjonijiet fil-kategoriji tagħhom tinstab hawn taħt.
Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018: kotba ppubblikati fl-2017
Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż
Novelli bil-Malti u bl-Ingliż
Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż
Drama bil-Malti u bl-Ingliż
Traduzzjoni
Riċerka ta’ Natura Ġenerali
Riċerka ta’ Natura Storjografika
Premju Terramaxka 2018: kotba ppubblikati fl-2017
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)