Home / News / Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd December, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Ingħataw ċertifikati lill-finalisti kollha f’kull kategorija flimkien mal-pubblikaturi tagħhom u r-rebbieħa f’kull kategorija ingħataw trofew, ċertifikat u premju ta’ €1000 kull wieħed. Il-ġurija għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena kienet komposta minn: Prof. Clare Vassallo, is-Sur Mario Ellul, Prof. Victor Mallia Milanes, is-Sur Andre’ Vella Laurenti, s-Sur Caldon Mercieca, Dr. Josette Attard, is-Sa. Justin Somerville, is-Sa. Kristy Borg u s-Sa. Ruth Ancilleri. Is-Sa. Cheryl Falzon u s-Sa. Joanne Sciberras evalwaw il-kotba fil-kategoriji rispettivi. Ir-Rebbieħa f’kull kategorija huma: RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Alex Vella Gera għall-ktieb Trojan (Klabb Kotba Maltin) NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Trevor Zahra għall-ktieb Vespri (Merlin Publishers) POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Nadia Mifsud għall-ktieb Kantuniera ‘l Bogħod (Skarta) TRADUZZJONI Edmund Teuma għall-ktieb L-Iljieli Għarbin (BDL) RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI Gerald Bugeja għall-ktieb Antonio Sciortino, The Lost Album (Kite Group) RIĊERKA TA’ NATURA STORJOGRAFIKA Keith Sciberras għall-ktieb Caravaggio to Mattia Preti: Baroque Painting in Malta (Midsea Books) U Paul George Pisani għall-ktieb The Battle of Lepanto: An Unpublished Hospitaller Account (Salesians of Don Bosco) PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA GĦAS-SENA 2015 Birdlife Malta għall-ktieb History of Ornithology in Malta NOMINA SPEĊJALI FIL-KATEGORIJA “POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’ Victor Fenech għall-pubblikazzjoni Doreen Micallef: il-Poeżija, il-Konferenza (L-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin) PREMJU MOGĦTI LIL DIK IL-PERSUNA LI KISBET SUĊĊESS BIL-KITBA TAGĦHA BĦALA KITTIEBA EMERĠENTI Leanne Ellul PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB Mario Azzopardi SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More