Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 14th April, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kontinwament iħabrek sabiex irawwem ambjent pożittiv u ta’ sapport fl-industrija Maltija tal-ktieb, jippreżenta l-interessi tal-kittieba u l-pubblikaturi, u jippromwovi l-imħabba għall-qari fil-forom varji tiegħu. Jisgħobbina minn qalbna dwar l-inċident fl-aħħar jiem fuq il-mezzi soċjali li fih kienet involuta waħda mill-impjegati tagħna. Nassiguraw lill-imsieħba tagħna, lil dawk li jsegwuna u lill-pubbliku li dil-kwistjoni ġiet indirizzata internament. L-impjegata inkwistjoni hija ddedikata fl-irwol li għandha fil-Kunsill. Il-KNK ħerqan li jaħdem mal-imsieħba fl-industrija sabiex jiżgura l-inklussività u l-ġustizzja fl-ambjent letterarju Malti. Napoloġizzaw bis-sinċerità kollha jekk kien hemm xi persuni mweġġgħin mill-komunità tal-kittieba jew il-pubbliku. Qed inqisu din bħala opportunità għal trawwim aħjar ta’ sapport u trasparenza minn issa ’l quddiem. Il-KNK kommess li jservi lil nies minn kull sfond u li jippromwovi ilħna diversi mill-komunità letterarja sabiex l-orizzonti kulturali tagħna jitjiebu. Għal li ġej, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed idaħħal korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff sabiex tissaħħaħ l-imġiba professjonali u rispettuża fl-interazzjonijiet kollha tagħna, speċjalment dawk fid-dinja tal-online. Se nkunu qed nirrevedu l-politiki tagħna dwar il-midja soċjali biex xi ħaġa hekk ma tirrepetix ruħha. Napprezzaw is-suġġerimenti li rċevejna mill-komunità tal-kotba, u nħeġġu djalogu miftuħ mal-kittieba, pubblikaturi, edituri, tradutturi u illustraturi Maltin sabiex sitwazzjonijiet simili jkunu indirizzati aħjar u sabiex insaħħu l-ħidma tagħna ma’ ħaddieħor għat-titjib tal-ekosistema letterarja lokali. Nirringrazzjawkom talli fhimtuna u tas-sapport ma jaqtax. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More